Barranin
Jippersistu d-dimostrazzjonijiet f’Bejrut

It-tielet lejl infila ta’ protesti fil-kapitali Lebaniża Bejrut. Ġimgħa eżatt wara l-isplużjoni katastrofika li ħalliet iktar minn mitejn mejta u sitt elef persuna midruba, u llivellat mingħajr ħniena l-infrastruttura ta’ din il-belt. Ilbieraħ, il-kabinett tal-gvern tal-Prim Ministru Hassan Diab irriżenja fost dimostrazzjonijiet biex tinġarr ir-responsabbiltà tal-isplużjoni ta’ tliet elef tunnellata nitrat tal-ammonju li kien maħżun fil-port ta’ Bejrut. Iżda dan biss ma kienx biżżejjed. Dimostranti komplew bil-protesti tagħhom fl-akwati tal-bini tal-parlament u f’xi ħin il-pulizija kellha anke tuża l-gass tad-dmugħ biex tferrex il-folol.

Sadattant, l-operazzjoni ta’ rkupru qed tkompli bin-Nazzjonijiet Magħquda tiddikjara li l-World Food Programme se jibgħat ħamsin elf tunnellata dqiq lejn Bejrut, ħalli tibda tittaffa l-problema tan-nuqqas tal-iktar ikel essenzjali.

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Antonio Guterres sejjaħ għall-investigazzjoni fid-dettall dwar il-kawża tal-isplużjoni ħalli l-Lebaniżi jkollhom is-serħan il-moħħ li min kien responsabbli għal din l-istraġi jħallas ta’ għemilu.

“The catastrophe is huge. The sense of loss and even disbelief is profound. But Lebanon is resilient. Lebanon has immense spirit and will. Perhaps most of all, Lebanon is not alone. The United Nations will stand with Lebanon to help alleviate the immediate suffering and support its recovery. This is a moment for solidarity, and it is the time to change things for the better.”

In-nitrat tal-ammonju kien tħalla maħżun mingħajr sigurtà fil-port ta’ Bejrut, u sploda malli nar fl-istess inħawi miss mal-maħżen fejn kien ilu mitluq għal dawn l-aħħar 7 snin.

Aħbarijiet Oħra

Il-ħajja ta’ aktar minn kwart tan-nies fir-Renju Unit mistennija tkun affettwata minn restrizzjonijiet ġodda li qed jidħlu fis-seħħ f’dawn il-ġranet. Mil-lum residenti ta’ Leeds, Wigan Stockport u Blackpool mhux se…

L-istudenti ta’ Madonna dell’Asilo qed igawdu veduta mill-isbaħ u arja nadifa hekk kif intlaħaq qbil li l-lezzjonijiet flok isiru fi klassi f’ambjent magħluq, isiru fuq il-bajja ta’ Vasto. It-tfal, wara…

Il-Ministru għall-intern Franċiż qal li l-attakk b’sikkina li seħħ ilbieraħ f’Pariġi fejn indarbu serjament raġel u mara li jaħdmu għal kumpannija tax-xandir, qed jiġi meqjus bħala attakk  terroristiku. L-attakk seħħ…

Fir-Renju Unit, surġent veteran tal-Pulizija nqatel b’tiri ta’ arma tan-nar f’Londra. L-uffiċjal miet kawża tal-ġrieħi li ġarrab f’sidru waqt li kien qed jarresta lill-aggressur. L-aggressur ta’ 26 sena spara lilu…

Aktar