Barranin
Jipprevedu li l-varjant il-ġdid tal-Covid se jinfirex sew fl-Istati Uniti sa Marzu li ġej

Iċ-ċentru għall-kontroll u l-prevenzjoni tal-mard qed jipprevedi li l-varjant il-ġdid tal-Covid se jkun qed jinfirex sew fl-Istati Uniti sa Marzu li ġej. Din l-aħbar ħarġet wara li l-President elett Joe Biden ħabbar pjan ambizzjuż biex it-tilqim lill-popolazzjoni Amerikana jingħata b’mod rapidu.

Biden wiegħed li wara li jieħu l-ġurament tal-ħatra erbat ijiem oħra, fl-ewwel mitt jum tiegħu se jkunu tlaqqmu mal-mitt miljun Amerikan, u wiegħed li l-amministrazzjoni tiegħu se taħdem qatigħ biex dan il-virus jiġi kkontrollat.

Biden qal li se jkun qed jiftaħ ċentri apposta għat-tilqim, se jingaġġa iktar ħaddiema tas-saħħa u dan sabiex dan il-vaċċin ikun aċċessibbli għal kulħadd inkluż għall-minoranzi.

Sa issa fl-istati Uniti tlaqqmu ‘l fuq minn tnax -il miljun persuna.