Kumpaniji
Jipproduċu aperturi b’materjal li jtejjeb l-effiċjenza fl-enerġija

B’investiment ta’ miljun u nofs ewro, il-kumpanija Finestral li tipproduċi aperturi maħduma b’materjal li jtejjeb l-effiċjenza fl-enerġija, inawgurat fabbrika ġdida fil-qasam industrijali ta’ San Ġwann.

Il-kumpanija Finestral li timmanifattura aperturi magħmula minn materjal li jgħin fil-konservazzjoni tal-energija għandha fabbrika ġdida wara li daħlet għal proġett b’investiment ta’ miljun ewro u nofs.

Id-direttur tal-Finestral, Kenneth Azzopardi radd ħajr lil Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks li assistew lil kumpanija biex tkabbar l-operat tagħha f’niċċa speċjalizzata.

”Il-uPVC ovvjament huwa prodott li jagħti effiċjenza fl-enerġija, illum il-ġurnata n-nies saru iktar konxji fl-enerġija allura kulħadd qed jinvesti f’affarijiet fid-dar tiegħu biex ikollu iktar enerġija effiċjenti.”

Is-Sur Azzopardi qal li l-kumpanija stess investiet fil-qasam tal-enerġija li tiġġeded bl-installazzjoni ta’ pannelli u tirriċikla l-iskart li tiġġenera bil-għan li tassigura l-ħarsien tal-istandards ambjentali.

Fl-inawgurazzjoni tal-fabbrika, il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona qal li din il-kumpanija hi eżempju ta’ kif l-industrija tal-manifattura evolviet fl-aħħar sitt snin. Qal li s-settur għadda minn trasformazzjoni strateġika, minn produzzjoni għall-swieq tal-massa għal niċeċ partikulari li jipprovdu valur miżjud. Dr Cardona qal li l-manifattura timpjega sa ħdax fil-mija tal-ħaddiema kollha u hi t-tieni l-ikbar settur li jħaddem nies f’Malta.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Għalkemm il-Maltin ikunu qed jistennew is-sajf bil-ħerqa biex jaqtgħu xi ftit mir-rutina ta’ kuljum tax-xogħol, mhux l-istess jista’ jingħad għal Alfred Attard li ilu aktar minn 40 sena jiġbor il-melħ…

Stejjer Umani

Omm Maltija ta’ żewġt itfal żgħar ilha sitt ġimgħat ma tara lil uliedha, u tisħaq li ma tafx x’sar minnhom. L-omm, li isimha mhux qed jixxandar fl-interess tat-tfal, ix-xahar li…

Kultura

Aktar minn 100 kwadru ta’ arti fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti tneħħew minn posthom minħabba l-moffa li żviluppat fil-binja. F’kummenti lil TVM, il-Kuratur tal-MUŻA, Kenneth Cassar, spjega li l-opri tal-arti tneħħew minn…

Qorti

Raġel ta’ 31 sena li joqgħod Birżebbuġa wkoll ingħata l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ elf ewro u garanzija ta’ għaxart elef ewro wara li tressaq il-Qorti mixli li attakka, insulta, hedded…

Aktar