Lokali

Jipproponi li l-iżviluppaturi jagħtu parti mill-bini għal housing soċjali

Il-President tal-Malta Developers Association, Sandro Chetcuti, ippropona li jkun hemm skema li permezz tagħha proġetti ta’ żvilupp ġodda mill-privat iservu wkoll għal housing soċjali.

Waqt li kien qed jitkellem fuq il-programm Skjetti fuq TVM, Chetcuti sostna li jekk ikun hemm inizjattivi biex jinċentivaw lill-iżviluppaturi jmexxu l-proġett tagħhom ‘il quddiem, l-iżviluppaturi jkunu jistgħu jpattu lura billi jiddedikaw parti mill-proġett tagħhom għall-housing soċjali.

Chetcuti qal li din hija sistema li titħaddem barra minn Malta u għandu jiġi studjat kif din tista’ tapplika f’Malta. Saħaq li dan huwa ż-żmien opportun għal skemi ta’ din ix-xorta, hekk kif is-suq tal-proprjetà bħalissa sejjer tajjeb.