Trasport
Jipproponi li sa 5 snin oħra jista’ jkollna l-ewwel servizz tal-metro

Hekk kif il-preparamenti u l-pjanijiet għall-mina bejn Malta u Għawdex għaddejjin ġmielhom, id-dibattitu dwar it-trasport f’Malta u f’Għawdex ma jonqosx.

Waqt il-programm TVAM, id-Direttur ta’ Koncept X, il-Perit Konrad Xuereb tkellem dwar il-proposta tal-metro taħt l-art li fi kliemu tindirizza l-affari tat-trasport tal-massa.

Huwa qal li t-trasport fil-gżejjer Maltin għandu jiġu affrontat b’mod ħolistiku. F’dan l-isfond huwa qed jissuġġerixxi li ssir il-metro, għaliex fi kliemu metro tgħaqqad l-irħula flimkien bl-inqas distanza possibbli.

Il-proposta tiegħu tinqasam fi tliet stadji: mill-Mellieħa sal-Ajruport (titlesta f’ħames minn meta jibda x-xogħol), mill-Ajruport sa San Pawl il-Baħar (li dum sentejn biex titlesta) u mill-Mellieħa għal Għawdex (li dum tliet snin biex tintemm).

Spjega li l-ewwel rotta tibda mill-Mellieħa u tgħaddi minn San Pawl il-Baħar, Buġibba/Qawra, Pembroke/Paceville, San Ġiljan, Tas-Sliema, il-Gżira, il-Belt, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, iż-Żejtun, Birżebbuġa u l-Ajruport.

It-tieni rotta tibda mill-ajruport, tgħaddi minn Ħal Qormi, Birkirkara, Imrieħel Ħal Lija, il-Mosta, San Pawl il-Baħar.

It-tielet rotta tibda mill-Mellieħa u tibqa’ għaddejja lejn ix-Xewkija, ir-Rabat u Marsalforn.

Il-Perit Xuereb qal li dan il-proġett jiġi jiswa bejn €3-4 biljun. Huwa sostna li l-proġett huwa sostenibbli u anke effiċjenti.

Huwa sostna li l-istudju u x-xogħol li sar fuq il-mina bejn Malta u Għawdex ma sarux għalxejn, hekk kif fi kliemu dawn l-istudji jibqgħu relevanti għall-proġett tal-metro.

Tista’ ssegwi l-intervista sħiħa mal-Perit Konrad Xuereb minn hawn. TVAM jixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7am u d-9am.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Jum il-Ħelsien serva ta’ sfond għall-messaġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, li kien fuq l-istess linja ta’ ħsieb tal-messaġġ tal-bieraħ tal-Prim Ministru u mexxej Laburista Robert Abela. F’messaġġ…

Lokali

Malta fakkret il-festa nazzjonali ta’ Jum il-Ħelsien, il-ġrajja li tfakkar it-tluq tas-servizzi Ingliżi u t-tmiem ta’ Malta sservi bħala bażi militari. Il-41 anniversarju mill-ġrajja tal-31 ta’ Marzu 1979 kellu jgħaddi…

Lokali

Il-Professur Charmaine Gauci, barra tgħallem dwar il-qasam tas-saħħa pubblika fl-Università ta’ Malta, hija wkoll is-Supertendent għas-Saħħa. Hija speċjalizzat fl-oqsma tas-saħħa pubblika, l-epidemoloġija u l-mard infettiv kif ukoll nediet kampanja dwar…

Avjazzjoni

Transport Malta irrifjutat l-ajruplan Spanjol A330-202, għaliex l-ajruplan ried jibqa’ fl-ajruport. Dan qalu l-Ministru għat-Trasport Ian Borg fuq il-midja soċjali, li qal li l-permess ma ngħatax anki fl-isfond li bħalissa…

Aktar