Lokali
Jipproponi one stop shop għall-ilmenti relatati mal-ambjent u l-ippjanar

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman, il-Perit Alan Saliba, qed jipproponi t-twaqqif ta’ uffiċċju wieħed tal-Gvern li jilqa’ l-ilmenti kollha dwar l-ambjent u l-ippjanar għax fil-fehma tiegħu ċ-ċittadin qed jaħli ħafna żmien ifittex għand liema entità għandu jirreferi l-ilmenti tiegħu, b’konsegwenzi serji meta każijiet ikunu urġenti.

Bħala difensur taċ-ċittadini f’aspetti li jitrattaw l-ambjent u l-ippjanar, il-Perit Saliba ppubblika l-proposti tiegħu għall-abbozz ta’ regolamenti ġodda dwar il-bini u l-iskavar. Issuġġerixxa li dan l-uffiċċju li jopera fuq il-mudell ta’ one stop shop, għandu jkollu d-direttorati tal-infurzar ta’ kull entità governattiva biex l-infurzar ikun aktar effiċjenti u effettiv.

Ippropona li meta ġar ta’ sit ta’ fejn għaddej tħaffir jew bini jinnota konsenturi eħxen minn millimetru, għandu permezz ta’ perit jibgħat rapport lill-perit tal-proġett, lis-site manager u lil dan l-uffiċċju tal-gvern li għandu minnufih iwaqqaf ix-xogħlijiet. Qal li jekk ikun hemm min jibqa’ għaddej bix-xogħol, il-perit, is-site manager u l-kuntrattur għandhom iwieġbu b’multi ħorox li japplikaw għal kull ġurnata li matulha jibqa’ għaddej ix-xogħol.

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar tratta fit-tul id-distanzi li għandhom jinżammu waqt it-tħaffir u fost l-oħrajn qal li kwalunkwe ftehim privat li jikser il-liġi għandu jiġi dikjarat null u mingħajr effett.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

‘Touch’ hija diska ġdida mill-kantant Sebastian, u għandha filmat mużikali mżewwaq bil-lirika li tkompli mad-diska. Sebastian ħadem ma’ Matteo Depares u Aidan Cassar minn Wicked & Loud għall-kliem u l-mużika…

Kronaka

Ġuvnott ta’ 15-il sena sofra ġrieħi gravi wara li dal-lejl ittajjar f’San Ġiljan. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq Sant Andrija għall-ħabta tas-1.00am. Il-ġuvnott, li huwa barrani u jgħix San…

Kisbiet

Kuntistabbli tal-Pulizija kklassifika fit-tieni post fl-Olimpijadi tal-Pulizija li saru fiċ-Ċina. Din kienet l-ewwel darba li l-korp tal-pulizija ħa sehem f’dawn l-Olimpijadi. Il-Kuntistabbli, Andrew Grech li hu wkoll atleta rinomat f’pajjiżna,…

Aktar