Lokali
Jipproponi skema biex tħajjar aktar żgħażagħ jagħmlu l-kors tal-liċenzja ta’ piloti

L-effett tal-Brexit fuq l-industrija tal-avvjazzjoni f’Malta u t-taħrig tal-piloti prospettivi kienu fost it-temi trattati fis-seba’ edizzjoni tal-BOV Aviation Outlook.

Il-Kaptan Norman D’Amato qal li fuq medda ta’ 40 sena, mat-300 Maltin ġabu l-liċenzja biex itajjru ajruplani tal-passiġġieri, iżda stqarr li l-ispejjeż tal-kors jista’ qed jaqta’ qalb uħud li ma jifilħux għall-ispiża. Huwa ppropona skema biex aktar żgħażagħ jitħajjru jagħmlu l-kors għal-liċenzja ta’ piloti.

Il-Kaptan Norman D’Amato kien fl-ewwel grupp ta’ tnax-il żagħżugħ Malti li f’nofs is-sebgħinijiet tħarrġu u bdew itajru l-ajruplani tal-Air Malta. Illum l-piloti Maltin li jaħdmu mal-Air Malta u linja tal-ajru oħra jgħodd mat-300.

F’konferenza dwar l-avjazzjoni u l-prospetti ta’ din l-industrija f’Malta, il-Kaptan D’Amato stqarr li jaħseb li d-domanda għal piloti ser tiżdied. Huwa qal li l-kors għal piloti jiswa mal-mitt elf ewro, li mhux kulhadd jiflaħ għalih. Għalhekk ħeġġeġ għal skema biex il-piloti prospettivi jkunu jistgħu jħallsu għall-kors tagħhom.

Nornman D’Amato qal li “il-Gvern jagħmel garanzija mal-bank biex tipprovdi din il-loan ħalli dak li jkun ikun kapaċi jħallas u jġib il-liċenzja meħtieġa”.

Fil-BOV Aviation Outlook, Kristian Farrugia, First Officer mal-Air Malta, qal li hemm interess qawwi mil-linji tal-ajru rreġistrati fir-Renju Unit biex jiksbu Ċertifikat tal-Ajru Ewropea biex jassiguraw li l-operat tagħhom ma jiġix imtellef wara l-Brexit. Qal li fid-dawl ta’ dan, ir-reġistru lokali jista’ jkompli jikber jekk Malta tattira linji tal-ajru mir-Renju Unit.

Il-Ministru tat-Trasport, Ian Borg, qal li sal-lum, aktar minn 30 linja tal-ajru daħlu lil Malta fir-rotta tagħhom, b’hekk telgħu għal 100 r-rotot minn u lejn Malta.

Il-Ministru Borg qal li r-reviżjoni li saret fuq il-liġi tar-reġistrazzjoni tal-ajruplani ħalliet riżultati pożittivi bin-numru ta’ ajruplani reġistrati f’Malta rdoppja għal 270 mill-2012.

Waqt il-konferenza ġew ippremjati numru ta’ personalitajiet distinti fl-industrija tal-avjazzjoni għal kontribut tagħhom lis-settur. Il-BOV Lifetime Achievement Award ingħata lil Martin Azzopardi – espert tal-assigurazzjoni tal-avjazzjoni.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waslet fi tmiemha l-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill Ewropew, bl-Ambaxxatur Awstrijakk għal Malta, Andreas Stadler, jgħid li fit-tliet oqsma li l-Presidenza Awstrijaka kienet identifikat bħala l-miri tagħha għall-presidenza ġie reġistrat progress. Semma…

Sigurtà

F’tarzna fl-Italja beda x-xogħol fuq l-akbar investiment li qatt daħlet għalih l-armata Maltija: il-bini ta’ patrol boat kbira bi spiża ta’ madwar €50 miljun. Hu pjanat li sa sentejn oħra…

Lokali

Inawgurat ilejla l-għaxar edizzjoni tal-presepju ħaj: “Bethlehem f’Għajnsielem” . . . l-ewwel attrazzjoni tal-Milied mal-wasla f’Għawdex li ta’ kull sena jilqa’ eluf ta’ viżitaturi biex iġeddu l-esperjenza tat-twelid ta’ Ġesù….

Kronaka

Raġel ta’ 60 sena weġġa’ fil-korsa tal-Marsa llum għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ waqt li kienu għaddejjin it-tiġrijiet taż-żwiemel. Ir-raġel, li joqgħod ix-Xewkija, ttieħed l-isptar Mater…

Aktar