Lokali
Jipproponu regoli għal iżjed ġustizzja fis-suq tal-kera

Għaqdiet mhux governattivi ffurmaw koalizzjoni għal soċjetà ġusta u ħargu b’sensiela ta’ proposti biex ikun regolat is-suq tal-kera.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet diversi kelliema tal-koalizzjoni saħqu li biex ikun hawn suq ta’ housing affordabbli, il-pajjiż irid jirregola s-suq. Sostnew li diġà hemm mudelli ta’ regolamentazzjoni simili fl-Ewropa.

Sistema ta’ tassazzjoni li tħajjar kirjiet fit-tul, il-ħolqien ta’ reġistru tal-istat tal-proprjetajiet għall-kiri u t-twaqqif ta’ entità pubblika responsabbli mir-regolamentazzjoni tal-kera huma fost il-proposti li qed tressaq il-koalizzjoni ta’ 17-il għaqda mhux governattiva biex ikun regolat is-suq tal-kera.

Andre Callus f’isem il-koalizzjoni Soċjetà Ġusta sostna li din it-tip ta’ regolamentazzjoni hija meħtieġa u ġusta biex ma tibqax dik li sejjaħ liġi tal-ġungla fil-kirjiet, li qal qed toħloq instabbiltà għall-inkwelini b’kirjiet għal perjodi qosra.

“Ma jistax ikun li Malta nibqgħu f’suq tal-kera li mhuwiex irregolat. Hemm bżonn regoli… mhux bħalma kien hawn qabel f’Malta, qabel l-1995, m’għandhom x’jaqsmu xejn ma dawk. Huma sempliċiment regoli li jaraw li jkun hemm ġustizzja, kif isiru l-kuntratti, kif jiżdiedu l-prezzijiet isir b’mod ġust,” qal Callus.

F’dokument ta’ disa’ paġni, il-koalizzjoni ipproponiet li jsir indiċi tal-prezzijiet tal-kera li jqisu, fost oħrajn, il-lokalità u l-kwalità tal-proprjetàjiet.

Il-proposti jaħsbu, fost oħrajn, biex il-kuntratti tal-kera jiġu reġistrati u li l-kera tkun tista’ tizdied mhux b’aktar miż-żieda tal-għoli tal-ħajja. Qed jipproponu wkoll li l-kera meta jsir kuntratt ġdid ma tgħoliex b’aktar minn 10%  mill-kuntratt ta’ qabel.

Proposta wkoll regolamentazzjoni ta’ aġenziji u għarfien legali ta’ unjoni tal-inkwilini, kif ukoll taxxa fuq proprjetà vojta bil-għan li jiżdiedu l-proprjetajiet fis-suq tal-kiri. Il-kelliema sostnew li dak li qed jipproponu diġà jeżisti f’pajjiżi oħra Ewropej.

Il-proposti tal-koalizzjoni saru fl-isfond li l-Gvern mistenni joħroġ white paper għall-konsultazzjoni dwar is-suq tal-kera.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Wara d-dehra mill-isbaħ li ħadet il-funtana ta’ Tritoni bis-saħħa tar-restawr, persuni li fl-aħħar jiem ittawlu fil-funtana kienu ddiżappuntati meta nnutaw li l-qiegħ kien qed jittebba’ xi ftit. It-tebgħat jidhru donnhom…

Kultura

Il-kantanta Taljana Francesca Alotta tinsab Malta biex għada tkanta flimkien mal-istudenti tal-iskola Mater Boni Consilii Saint Joseph, Raħal Ġdid, f’kunċert b’risq l-Istrina. F’intervista ma’ TVM, Francesca Alotta tkellmet fuq esperjenzi…

Qorti

Żewg Egizzjani li kienu fi triqithom lejn pajjizhom bil-flus li tawhom kollegi taghhom biex jghadduhom lill-familji, spiċċaw fil-għali. Huma ġew akkużati li kienu qed iġorru flus iktar milli tippermetti l-liġi….

Kisbiet

Għandha 93 sena, u kienet fost l-ewwel nisa li servew bħala deputati fil-Parlament. Ann Agius Ferrante, li kienet bint l-ex avukat ġenerali Philip Pullicino, tirrakkonta mumenti ħelwin kemm mal-ex Prim…

Aktar