Annimali
Jipprotestaw dwar park li għandu d-dniefel

Grupp ta’ madwar għoxrin persuna ħadu sehem fi protesta li saret barra l-Mediterraneo Park f’Baħar iċ-Ċagħaq.

Il-protesta tmexxiet mill-Animal Liberation Malta u matulha d-dimostranti iprotestaw fuq il-fatt li l-park għandu dniefel.

Huma pprotestaw ukoll għaliex il-park fih annimali oħra li fi kliemhom m’għandhomx jinżammu maqfula. Qalu li dan hu ta’ ħsara għall-annimali.