Lokali
“Tidfnuniex ħajjin” – protesta kontra l-iżvilupp propost flok l-ITS

Residenti, għaqdiet mhux governattivi, il-Kunsilli ta’ Pembroke, San Ġiljan u Swatar reġgħu ngħaqdu kontra l-iżvilupp propost fis-sit tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi.

Fi protesta, bl-għajta Tidfnunex Ħajjin, ir-residenti qalu li l-izvilupp propost kobor li jinkludi torri ta’ 37 sular u lukanda ta’ 19-il sular, jhedded mhux biss lil Pembroke, iżda wkoll lis-Swieqi u San Ġiljan b’kummerċjalizzazzjoni bla rażna, b’traffiku u bit-trab li se jiġġenera.

Ir-residenti appellaw lill-awtoritajiet biex iħarsu d-drittijiet tagħhom għal ħajja trankwilla, ghal arja nadifa u aċċess għad-dawl tax-xemx. Sostnew li d-dellijiet li se joħloq dal-bini se jirrovina l-kwalità tal-ħajja tan-nies u jħarbat l-investimenti li saru fil-panelli tax-xemx.

 

Id-diversi kelliema li tkellmu fil-protesta qalu li diġà sar numru rekord ta’ oġġezzjonijiet kontra dan il-proġett tal-Grupp DB. TVM huwa infurmat li s’issa ġew ippreżentati mal-2,400 oġġezzjoni quddiem l-Awtoritaà tal-Ippjanar.

Is-Sindku ta’ San Ġiljan, Guido Dalli qal li b’mod unanimu l-kunsill huwa kontra l-proġett waqt li s-Sindku ta’ Pembroke Dean Hili qal li nhar it-Tlieta, il-kunsill se jagħmel il-pozizzjoni tiegħu ċara kontra l-proġett. Fil-protesta ħadu sehem deputati tal-Partit Demokratiku, deputati tal-Partit Nazzjonalista u uffiċjali tal-Alternattiva Demokratika.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li jkun xi jkun ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali, huwa u sħabu kommessi li jaħdmu aktar qalb in-nies li mhux…

Partit Laburista

F’Mass rally il-Birgu, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-għażla ta’ nhar is-Sibt li ġej mhix bejn l-aħmar u l-blu, imma dik bejn li tmur lura jew…

Passatemp

Eluf ta’ key chains taħt saqaf wieħed, huma l-mimmi t’għajnejn Ġorġ Borġ, li faċilment jista’ jingħad li għandu l-ikbar kollezzjoni tagħhom f’Malta. Qatt ma xtara waħda, iżda huwa kburi li…

Aktar