Lokali
Jipprovaw isibu soluzzjoni dwar l-imwejjed u s-siġġijiet fil-Valletta Waterfront

Il-Valletta Water Front u l-Awtorità tal-Ippjanar qed ifittxu soluzzjoni ta’ kompromess dwar l-imwejjed, is-siġġijiet u l-umbrelel li tneħħew minn mal-bibien tar-restoranti. Is-sidien tar-restoranti huma urtati bl-infurzar tal-Awtorità, waqt li l-Valletta Water Front iħoss il-ħtieġa li jkun hemm aktar uniformità b’tined li ma jostakulawx id-dehra maestuza tal-binjiet storiċi fuq il-moll.

Il-Valletta Water Front ħa bixra differenti wara li t-12-il ristorant ġew ordanti biex ineħħu l-imwejjed, is-siġġijiet, l-umbrelel u t-tined li kien hemm prattikament fuq l-għetiebi tagħhom.

Id-Direttur tal-Infurzar fl-Awtorità tal-Ippjanar, il-Perit Raphael Axiak spjega li l-operatur responsabbli mill-Valletta Cruise Port, issottometta applikazzjoni biex jirregolarizza l-imwejjed u s-siġġijiet tar-ristoranti. Qal li fid-deċiżjoni li ttieħdet f’Mejju, ġie deċiż li m’għandu jkun hemm l-ebda siġġijiet u mwejjed fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-moll għal żewġ raġunijiet.

Raphael Axiak qal li “kien hemm aċċess ristrett ħafna għall-pubbliku peress li jkunu qed jagħlqu l-passaġġ u t-tieni punt kien li mal-imwejjed u s-siġġijiet, ovvjament imorru umbrellel u tined u dawn kienu qed jgħattu l-bini storiku ta’ Żmien il-Kavallieri li jinsabu f’dik iż-żona.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port, Stephen Xuereb qal li għandhom applikazzjoni pendenti mal-Awtorità tal-Ippjanar biex ikun hemm għamla waħda ta’ tined. Qal li l-applikazzjoni tipprovdi gaħl tined ċatti biex ma jtellfux id-dehra tal-bini storiku tal-Valletta Water Front.

Stephen Xuereb qal li “fl-applikazzjoni tagħna oriġinali aħna konna wkoll applikajna għal xi mwejjed u siġġijiet mal-faċċata. Inħossu li hawn spażju biżżejjed biex jibqa’ passaġġ minn fejn jista’ jgħaddi l-pubbliku inġenerali kif diġà kien hawn. Li tirtanġa s-sitwazzjoni huwa tajjeb għal kulħadd però mhux b’mod daqshekk drastiku. Inħoss li stajna naslu f’kompromess aħjar. Għadna f’diskussjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar u forsi naslu f’kompromess aħjar.

Patrick Spiteri sid ta’ żewġ ristoranti hemmhekk, ilmenta li din id-deċiżjoni, li skontu ġiet bħal-leħħa ta’ berqa ġiet ukoll fl-agħar żmien.

Patrick Spiteri qal li “ħaduhulna qabel il-Fathers day – it’s not fair – ġej il-father’s day tlifna xeba’ bookings aħna għax m’għandiex fejn nagħmlu”.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Marlene Schranz ta’ 75 sena kellha parti ċentrali f’film bi storja traġika, tant li ħasbitha darbtejn taċċettax jew le, li taħdem il-parti ta’ mara anzjana li qed tmut kawża ta’…

Lokali

Restawrata l-kolonna li ma kinitx fid-disinn oriġinali tat-Tritoni. Se titpoġġa fi ġnien f’Tas-Sliema b’tifkira tal-artist Ċensu Apap. Ġnien George Bonello du Puis f’Tas-Sliema se jilqa’ l-kolonna li għal aktar minn…

Lokali

It-tindif u l-manutenzjoni fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar se jingħata spinta fix-xahrejn tas-sajf bis-saħħa ta’ ftehim bejn il-kunsill lokali u d-direttorat tat-tindif u l-manutenzjoni. Il-Gvern se jħallas nofs l-ispiża għas-servizz…

Lokali

Matul is-sena li għaddiet kien hemm total ta’ 728,470 immigrant li applikaw għall-kenn f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, tnaqqis ta’ 44% meta mqabbel mal-2016. Skont ir-rapport annwali tal-aġenzija tal-Unjoni Ewropea EASO, kuntrarju…

Aktar