Barranin
Jipprovaw jiskopru x’wassal għat-tiġrif tal-ajruplan li ħalla 71 mejta fir-Russja

Qalb għelieqi miksija borra, mijiet ta’ investigaturi Russi qed jippruvaw jiskopru x’seta’ wassal biex il-Ħadd iġġarraf ajruplan Russu tal-passiġġieri, li ħa l-ħajja ta’ 71 persuna.

L-investigaturi qed iħarsu lejn il-kundizzjonijiet tat-temp, xi żball uman mill-pilota u anki problemi tekniċi bħala l-kawżi possibbli tal-inċident. Huma qed jeskludu li dan kien attakk terroristiku. L-investigaturi qalu li meta l-ajruplan iġġarraf, ma kienx qed jaqbad, u kien biss bl-impatt li seħħet splużjoni.

L-ajruplan tal-linja tal-ajru Saratov Airlines għeb minn fuq r-radar ftit wara li telaq mill-ajruport ta’ Moska, u ġġarraf fil-villaġġ ta’ Argunovo, li jinsab xi 80 kilometru bogħod mill-kapitali Russa. L-ajruplan kien fuq titjira interna lejn il-belt ta’ Orsk, li tinsab fuq il-fruntiera mal-Kazakhstan.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Waqt il-funeral tal-vittmi ta’ Genova, il-Ministru għall-Intern, Matteo Salvini qajjem furur sħiħ wara li ntlemaħ jieħu stessu. Salvini nqabad qed jieħu stessu ma’ tfajla, propju waqt il-funeral statali f’Genova. Kienu…

Barranin

Il-Ministru għan-Nisa u l-Viċi Ministru għat-Trasport ta’ New Zealand, Julie Anne Genter, qadfet ir-rota sal-isptar biex twelled. Genter, li tifforma parti mill-Green Party u temmen fl-użu tar-roti minflok il-karozzi, qalet…

Barranin

Il-vizzju tal-irġiel li jgħaddu l-urina mal-ħitan tat-toroq huwa komuni f’ħafna bliet, mhux b’inqas f’Pariġi. L-awtoritajiet ta’ din il-belt ippruvaw joħorġu b’soluzzjoni kontra r-riħa u l-iskandlu billi vvintaw pixxaturi fil-miftuħ. Dawn…

Barranin

Salih Khater ta’ 29 sena minn Birmingham, oriġinarjament mis-Sudan, jinsab akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ diversi persuni meta saq il-karozza għal fuq ċiklisti u persuni li kienu mexjin barra l-Parliament…

Aktar