Barranin, Kurżitajiet
Jipprovaw jikkonvinċu lill-irġiel biex jixtru l-fjuri għal San Valentinu

Fil-Ġappun mużiċisti u żeffiena niżlu fit-toroq ta’ Tokyo bit-tama li jbidlu t-tradizzjoni tal-Ġappuniżi li f’Jum San Valentinu l-irġiel ma jagħtu l-ebda rigal lill-maħbub jew maħbuba.

Kuntrarju għal bosta pajjiżi, fil-Ġappun hemm prattika antika ħafna li f’San Valentinu n-nisa jixtru ċ-ċikkulata lill-aktar persuna li jħobbu waqt li wħud mill-irġiel jirreċiprokaw il-ġest madwar xahar wara f’jum li fil-Ġappun hu magħruf bħala ‘White Day’.

Artisti ppruvaw joħolqu atmosfera fejn l-irġiel setgħu jaraw lin-nisa kuntenti qed jirċievu l-fjuri u possibilment iħossuhom aktar komdi jixtrulhom u joffrulhom xi warda jew aktar.

Minkejja l-isforz tal-artisti, kien hemm uħud mill-irġiel li ma tantx dehru konvinti u dehru aktar interessanti jirċievu flok jagħtu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Pulizija tal-Indja qalet li qabdet mara li kienet qed iġġorr xejn inqas minn 106 kapsuli bil-kokaina fl-istonku. Il-mara, li hija barranija, inqabdet bid-droga fl-ajruport ta’ Delhi. Intqal li l-mara ta’…

Barranin

F’Chieti, fl-Italja, raġel allegatament waddab lil martu mill-gallarija ta’ darhom u ftit tal-ħin wara gara lil bintu minn pont tal-awtostrada A14. It-traġedja seħħet ilbierah fejn, Fausto Filippone, għal raġunijiet mhux…

Barranin

Fil-Venezwela, il-President Nicolas Maduro ġie ri-elett bħala President għas-sitt snin li ġejjin fl-elezzjoni karatterizzata minn boycott mill-oppożizzjoni u allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet. F’pajjiż milqut minn kriżi ekonomika serja li qed tirriżulta…

Barranin

Żewġ bdoti, li kienu jaħdmu mal-kumpanija Messikana tal-ajruplan li ġġarraf f’Kuba nhar il-Ġimgħa, qalu li l-kumpanija kienet irċeviet ilmenti dwar is-sigurtà tal-ajruplani tagħha. L-Awtoritajiet Messikani qalu li se janalizzaw is-sigurtà…

Aktar