Barranin
Jippużaw għar-ritratt daqslikieku bnedmin

Ritratt li ħa ranger fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo qed idur id-dinja, wara l-figura li qatgħu żewġ gurilli li ppużaw warajh.

Ir-ranger Marthieu Shamavu kien wieħed minn dawk li fl-2007 salvaw lil dawn iż-żewġ gurilli meta kienu għadhom ċkejkna.

Ir-rangers kienu sabu lill-gurilli waħedhom, wara li nqatlu ommijiethom, b’wieħed li kellu xahrejn u l-ieħor erba’ xhur, u baqgħu jrabbuhom huma għal dawn l-aħħar tnax-il sena.

Ir-rabta bejn il-gurilli u Shamavu hija evidenti, hekk kif dawn jidhru jimitaw lill-bnedmin billi jippużaw għar-ritratti fuq żewġ saqajn u jħarsu lejn il-kamera daqslikieku bnedmin.

Wieħed mid-diretturi tas-santwarju li fih trabbew il-gurilli qal li dawn kienu jikkunsidraw lir-rangers li rabbewhom bħala l-ġenituri tagħhom, u għalhekk jippruvaw iġibu ruħhom bħalhom.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Għadd ta’ kumpaniji qed joffru inizjattiva ġdida lill-impjegati tagħhom, dik li jaħdmu mid-dar jekk il-lejl ta’ qabel ikunu xorbu. Deskritta bħala ‘hangover day’, dak li jkun jista’ jibbukja dawn il-ġranet…

Barranin

Persuna li sofriet ġrieħi fl-iżbroff ta’ vulkan fi New Zealand, tilfet ħajjitha fl-Awstralja, fejn intbagħtet għall-kura. B’hekk issa l-ammont ta’ vittmi kkonfermati tela’ għal 16, fejn x’aktarx se jiżdied hekk…

Barranin

Il-Kap tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn skuża ruħu mal-partitarji tiegħu għat-telfa fl-elezzjoni ġenerali tar-Renju Unit il-Ħamis li għadda. F’ittri lill-ġurnali Sunday Mirror u Observer, hu ammetta li l-partit falla f’din…

Aktar