Barranin
Jiproponu biex ix-xiri mhux bżonjuż jitqies bħala mard mentali

Skont esperti x-xiri ta’ affarijiet mhux bżonjużi jmur lil hinn minn nuqqas ta’ kontroll.

Il-vizzju tax-xiri, li wieħed ħin kollu jrid jixtri anke affarijiet li jaf li mhux se jużahom qed jitqies minn dawn l-esperti bħala marda mentali.

Skont studju li sar minn Hannover Medical School dan it-tip ta’ xiri qed jiżdied kulma jmur b’mod partikolari fl-Ewropa u fl-Amerika.

Skont il-Professur Astrid Mueller hemm bżonn ta’ aktar għarfien dwar il-periklu ta’ dan ix-xiri, li hi ssejjaħlu bħala kundizzjoni.

Hija qalet li wasal iż-żmien li dan jitqies bħala parti mill-mard mentali biex b’hekk jibdew jiġu żviluppati t-trattamenti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May tinsab fi Brussell fejn kellha taħditiet mal-ogħla uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’attentat biex issalva l-ftehim għal Brexit. Fi tweet ftit tal-ħin ilu, il-President tal-Kunsill Ewropew,…

Barranin

Persuna nqatlet u tal-inqas sitt persuni ndarbu wara li ġew sparati tiri fil-belt Franċiża ta’ Starsburgu. Il-Ministru għall-Intern Franċiż ikkonferma li seħħ każ serju għas-sigurtà pubblika u ħeġġeġ lir-residenti jibqgħu…

Barranin

Ftit sekondi nħassu ħafna itwal meta l-bieba tal-karozza tal-Prim Ministru Ingliż ma riditx tinfetaħ. Theresa May kienet għadha kemm waslet għal-laqgħa mal-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, li magħha kellha tiddiskuti l-possibililtà…

Dieta

Jekk tintiżen regolament id-dar u toqgħod attent x’tiekol tista’ tevita milli teħxien f’dawn iż-żminijiet tal-festi tal-Milied. Studju ġdid mill-Universitajiet ta’ Birmingham u Loughborough qasmu lill-voluntiera f’żewġ gruppi biex janalizzaw x’jiġri…

Aktar