Lokali
Jirbaħ il-kustodja ta’ bintu wara li taqqal lil ommha ta’ 14-il sena

Raġel rebaħ il-kustodja sħiħa ta’ bintu ta’ 4 snin wara li l-Qorti ddeċidiet li l-omm, li tbati b’kundizzjoni mentali, ma kellha l-ebda interess fit-tifla u ma kinitx kapaċi tieħu ħsiebha.

Il-Qorti semgħet kif l-omm welldet lit-tifla meta kien għad għandha 14-il sena, wara relazzjoni ta’ madwar sena mal-missier. Ir-relazzjoni bejn il-koppja ntemmet ftit wara li twieldet it-tarbija.

Xi xhur wara missier it-tifla kien infurmat mill-Appoġġ li omm bintu kienet ittieħdet f’idejn l-istat fuq talbha ta’ missierha, li ma setax jikkontrolla l-imġieba ribelluża tagħha. Intqal li kienet tbati mill-ADHD, u ġieli kellha tiġi rikoverata f’Monte Carmeli.

Huwa għalhekk beda jieħu ħsieb it-tarbija, u l-omm kienet titħalla taraha taħt superviżjoni. Huwa qal li l-omm ma baqgħetx turi interess f’bintha meta saret maġġorenni, u fil-fatt ilha ma taraha minn Awwissu 2016. Qal li l-ftit drabi li ħadet lil bintha kienet tirritornaha lura fi stat ħażin; bil-ġuħ u b’ħarqa maħmuġa.

Il-missier sostna li l-omm m’għandhiex ħajja stabbli, fejn sadanittant kien diġà kellha tarbija ta’ sentejn minn raġel ieħor, u kienet tqila mit-tielet raġel. Qal li xi ħadd kien anki wasallu li qed titlajja’ għall-prostituzzjoni.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Abigail Lofaro, ikkunsidrat li l-omm ma dehritx biex tikkontesta dak li ntqal jew titlob aċċess għal bintha. Il-Qorti għalhekk iddeċidiet li l-missier għandu jieħu l-kustodja sħiħa ta’ bintu, u li l-omm xorta waħda għandha tħallas għall-manteniment.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Iż-żmien jagħmel tiegħu u meta jkun mgħejjun minn elementi bħall-ilma u t-tniġġiż jaf ikun l-ikbar għadu għall-opri tal-arti fis-soqfa tal-knejjes tagħna. Il-Kolleggjata ta’ San Pawl fil-Belt tiffaċċja spiss il-problema tal-ilma…

Saħħa

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità qed taħdem biex tiġi introdotta kard speċjali għal persuni li għandhom imġiba diffiċli, biex fost oħrajn f’każi severi ta’ awtiżmu jkunu jistgħu jaqbżu l-kju u jinqdew…

Politika Lokali

Il-Kamra tad-Deputati iddiskutiet mozzjoni mressqa mill–Oppożizzjoni dwar dak li ġie żvelat fuq il-kumpanija 17 Black fuq talba li saret mill-Kap tal-Oppożizzjoni, bid-deputat Prim Ministru Chris Fearne jgħid li l-Kamra kellha tiddiskuti kull allegazzjoni li…

Aktar