Barranin
Jirbaħ il-lotterija wara li tilef daru kawża tan-nirien fl-Awstralja

Raġel minn Queensland li tilef daru min-nirien li ħakmu fi News South Wales fl-Awstralja ma ġiehx kollox ħażin.

Dan hekk kif rebaħ $1 miljun f’lotterija. Meta sar jaf li rebaħ il-lotterija huwa qal li jħossu kuntent u li dan huwa miraklu għax issa jista’ jerġa’ jibni daru, liema dar ma kellhiex polza tal-assigurazzjoni.

Ir-raġel kien xtara l-biljett tal-lotterija minn fuq l-internet u lagħab in-numri speċjali għall-mara – 9,42,24,13,22 u 11. Magħhom lagħab in-numri supplimentari – 26 u 1.

S’issa nqerdu aktar minn 500 dar kawża tan-nirien li qed jaħkmu fl-Awstralja.

 

Aħbarijiet Oħra

L-Awstralja rnexxielha tirreġistra rekord bl-inqas każijiet ta’ Covid-19 fi tlett xhur, fejn irrapportat biss 18-il każ ġdid. Fl-istat ta’ Victoria li kien meqjus bħala l-epiċentru għall-virus irreġistra biss 14-il każ…

Il-kumpannija TikTok fl-Istati Uniti qalet li ftehim bejn il-kumpannija Ċiniża u dawk Amerikani Oracle u Walmert wassal biex dan l-app tant popolari mat-tfal, żgħażagħ u anki adulti jibqa’ jopera fl-Istati…

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-ġimgħa d-dieħla se jinnomina mara biex timla l-post vakanti tal-Imħallef tal-Qorti Suprema Ruth Bader Ginsburg li mietet jumejn ilu fl-età ta’ 87 sena. Ġimgħat…

Uffiċjali tal-FBI kkonfermaw li rnexxielhom jintraċċaw u jwaqqfu pakkett indirizzat lil Trump li kien mimli bil-velenu ricin. Il-pakkett kellu jasal il-White House iżda l-FBI u uffiċjali tas-Servizzi Sigrieti rnexxielhom jintebħu…

Aktar