Kurżitajiet
Jirċievu messaġġi ta’ mħabba 8 xhur tard

Messaġġi antiki li ntbagħtu 8 xhur ilu f’Jum San Valentinu waslu jumejn ilu lil bosta persuni li jinsabu abbonati mal-akbar kumpaniji tat-telekomunikazzjoni Amerikani.

Jidher li kien hemm xi ħsara teknika li ġrat 8 xhur ilu f’jum il-maħbubin li ħawdet lil bosta filwaqt li ġabet diqa kbira lil oħrajn.

Kien hemm min irċieva messaġġ issa, meta l-persuna li bagħtet il-messaġġ laħqet ġiet nieqsa. Oħrajn qalu li ħassuhom skomdi jirċievu messaġġ ta’ mħabba mingħand l-ex sieħeb/sieħba.

Il-kumpanija Syniverse, li tipprovdi servizzi lil uħud mill-akbar kumpaniji tat-telekomunikazzjoni, talbet skuża għall-inkonvenjent li seta’ nqala’. Hija qalet li l-ħsara ġiet riżolta filwaqt li se ssir reviżjoni tal-proċeduri interni tal-kumpanija.

Mal-168,149 persuna rċevew messaġġ 8 xhur tard, b’uħud minnhom qalu li saħahsitra rċevew xi messaġġ li jmur lura sentejn.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Żewġ studenti tal-Junior College, Marie Therese Pavia u Aidan Gauci ħadmu fuq produzzjoni awdjo-viżiva bħala parti mill-kampanja Young Reporters for the Environment (YRE) bil-għan li jqajmu għarfien dwar il-ħamrija fil-gżejjer Maltin. Il-ħamrija…

Televiżjoni u Radju

Sibt ieħor jinsab magħna u għaldaqstant ‘Sibtek’ jissokta bi programm ieħor. Programm, li bħal kull nhar ta’ Sibt se jkun mimli daqs bajda, b’bosta nies mistennija jiftħu qalbhom mal-pubbliku billi…

Aktar