Lokali
Jirdoppja l-għadd ta’ persuni b’diżabilità b’impjieg

Fi tweġiba parlamentari sar magħruf illi l-għadd ta’ persuni b’diżabilità li jinsabu f’impjieg irdoppja fl-aħħar sitt snin.

Il-Ministru għall-edukazzjoni u x-xogħol Evarist Bartolo qal li s-sena li għaddiet kien hemm 3,508 persuni b’diżabilità li kienu qegħdin jaħdmu.

Fit-tweġiba tiegħu lid-Deputat Laburista Byron Camilleri, il-Ministru Bartolo qal li fl-2013 l-għadd ta’ persuni b’diżabilità li kienu fix-xogħol kien jammonta għal 1,797.  Il-figuri juru żieda ta’ 1,711 persuni oħra b’diżabilita li sabu x-xogħol fl-aħħar sitt snin.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun. L-inċident seħħ bejn bejn vettura tal-għamla Toyota Aygo, li…

Stejjer Umani

Filmat ta’ tifel ċkejken ta’ 9 snin inxtered f’ħakka ta’ għajn mad-dinja kollha meta esprima d-dwejjaq li ħakmuh minħabba l-bullying. Fil-filmat miġbud minn ommu, Quaden Bayles jinstema’ jgħid li jrid…

Saħħa

F’Malta, fl-ajruport beda jsir screening tat-temperatura tal-ġisem tal-passiġġieri li jaslu Malta biex ikun identifikat jekk dawn għandhomx id-deni li huwa wieħed mis-sintomi tal-coronavirus. U fil-port, il-ħaddiema tax-xatt irirfjutaw li jħottu…

Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li llum beda jingħata l-konkos fil-Menqa bi tkomplija mal-ewwel saff tal-bażi, kif ukoll bdew jinfirxu l-ewwel sleeves bis-servizzi lejn il-proprjetajiet. Il-Ministru spjega li nqala’…

Aktar