Stejjer Umani
Jirnexxielu jsir 6 darbiet champion tal-bowling minkejja d-diżabilità

Iċ-Champion ta’ Malta tal-bowling taħt it-23 sena huwa Philip Gruppetta li mhux biss irnexxilu jegħleb il-kundizzjonijiet intellettwali tiegħu iżda anke l-kompetizzjoni ta’ żgħażagħ oħrajn bla diżabbiltà. Din hi s-sitt darba li rebaħ dan it-titlu nazzjonali u issa qed iħejji biex jirrappreżenta lil Malta fl-Ispecial Olympics f’Abu Dhabi.

Philip Gruppetta rebaħ il-kampjonat nazzjonali tal-bowling taż-żgħażagħ għas-sitt darba u dan minkejja li miegħu kien hemm jikkompetu madwar 20 żagħżugħ bla diżabiltà taħt it-tlieta u għoxrin sena.

Philip qalilna li meta kien żgħir għadda minn tbatijiet kbar minħabba l-kundizzjoni tal-ADHA, li minħabba fiha mingħajr ma jaf, kien jispiċċa jweġġa’ lilu nnifsu.

Philip Gruppetta qal “kont imqareb ħafna, ninkwieta ħafna lill-ġenituri..kont nweġġa’ lili nnifsi d-dar stess bil-kundizzjoni”.

Anna Calleja li d-Direttur tal-Olimpjadi Speċjali ta’ Malta qalet li ilha taf lil Philip minn mindu kellu 11-il sena u tħossha kburija ħafna li reġa’ ġie kkonfermat Champion tal-bowling.

Anna Calleja qalet “atleta tal-ispecial olympics li bil-challenges kollha li għandu, ikkompeta ma’ nies kbar fl-isport u rebħilhom, dak hu unur kbir għalina”.

Is-suċċess ta’ Philip ma seħħx b’kumbinazzjoni għax jitħarreġ kuljum u fl-istess waqt ilaħħaq fil-Forzi Armati ta’ Malta. F’Malta, Philip jilgħab mat-tim ta’ FINA fl-ogħla diviżjoni

Philip Gruppetta qal “il-bowling għenni ħafna, u nkun naf kif nagħmel meta nistressja ruħi, il-bowling biddilli ħajti”.

Philip m’huwiex biss storja ta’ suċċess fil-bowling lokali iżda fl-aħħar snin irnexxielu jirbaħ kompetizzjonijiet internazzjonali tant li s-sena li ġejja se jirrappreżenta lil Malta fl-Olimpijadi specjali f’Abu Dhabi.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Statwa tal-Madonna li kellha tagħmel il-wisa’ għall-proġett tal-Kappara se tirritorna fl-inħawi f’niċċa ferm isbaħ. Ix-xogħol fil-ġebla miexi ġmielu bil-għan li fi żmien tliet xhur, fil-ġenb tal-pont ikun hemm niċċa monumentali…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, allega li l-ħaddiema barranin qed jaħdmu b’kundizzjonijiet anqas mill-prekarjat. Waqt attività politika f’Tas-Sliema bħala parti mill-Kunsill Ġenerali, Dr Delia qal li l-Gvern qed…

Qorti

Raġel Malti talab lill-Qorti tal-Familja tagħtih il-kustodja ta’ bintu ta’ 4 snin li spiċċat tgħix fi sptar mentali fl-Iżvizzera flimkien m’ommha. Il-Qorti semgħet kif l-omm, li hija Ġermaniża, kellha problemi…

Unjoni Ewropea

Il-Gvern ħabbar li nnomina tliet kandidati għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, hekk kif it-terminu tal-Imħallef Vincent A. De Gaetano se jiġi fi tmiemu lejn l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena. Fi…

Aktar