Barranin
Jirnexxielu jwaqqaf il-karozza li ommu kienet qed issuq waqt li tatha puplesija

Ben Hedger, tifel ta’ 8 snin minn Colchester irnexxielu jiskapula traġedja wara li ommu tatha puplesija waqt li kienet qed issuq.

Lauren Smith, omm Ben, kienet qed issuq Ford Ka b’veloċità ta’ 60kmp fi triq ewlenija f’Colchester meta f’daqqa u l-ħin tatha puplesija u ntilfet minn sensiha.

L-omm qalet li Ben kien pront jieħu azzjoni – qabad l-isteering f’idejh u mexxa l-karozza fil-ġenb tat-triq,  xegħel il-hazard lights u stenna sakemm il-karozza waqfet waħedha.

Malli waqfet il-karozza, Ben prova jikkuntattja l-emerġenza mill-mobajl t’ommu iżda ngħata għajnuna minnufih minn xi persuni li kienu qegħdin għaddejjin mit-triq u raw liċ-ċkejken qed jipprova jgħin lil ommu.

Smith, li qatt ma kienet tatha puplesija, qalet li tinsab kburija b’binha li f’dak il-periklu żamm kalm u rreaġixxa fil-pront. Hija qalet li għadha ħajja bis-saħħa ta’ Ben.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President tal-Italja, Sergio Mattarella temm il-laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-kapijiet tal-gruppi politiċi dwar il-kriżi politika wara li jumejn ilu sfaxxa l-gvern ta’ Conte. Is-sensazzjoni hija li l-partiti jridu jmorru għal elezzjoni…

Barranin

F’konferenza tal-aħbarijiet konġunta minn Pariġi, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson u l-President Franċiż Emanuel Macron qablu dwar spirtu mġedded u kostruttiv biex jintlaħaq ftehim dwar Brexit. Waqt t-taħditiet kruċjali…

Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Aktar