Stejjer Umani
Jirrakkonta l-mumenti diffiċli li jsib ma’ wiċċu fil-Libja

L-Isqof Għawdxi Mons George Bugeja qal li minkejja l-mumenti diffiċli li jsib ma’ wiċċu fil-Libja, se jibqa’ jmexxi l-merħla afdata lilu mill-Papa. Stqarr iżda li wħud mir-realtajiet li kellu jadatta għalihom huma weġa’ ta’ qalb.

L-Isqof ta’ Tripli u Benghazi, Mons George Bugeja qal ”tensjoni titla’ u biża’ jkun hemm. Tisma’ l-isparar speċjalment bil-lejl, aħna qegħdin fiċ-ċentru bejn l-ambaxxati, jiġifieri mad-dawra prinċipali tad-dahra. Ma nafx, min jaf, forsi nistgħu nintlaqtu bħal ma ntlaqtu hotel maġembna ftit tal-ġranet ilu. Allura ftit tensjoni jkun hemm. Imma imbagħad tgħid li isma’, hawnhekk il-Mulej bagħatni, qed naqdi din il-missjoni u allura għandi fiduċja fil-Mulej li se jieħu ħsiebi.”

Stqarrija mill-qalb tar-ragħaj li jmexxi l-komunità ta’ minoranza nisranija fi Tripli u Benghazi. Mons George Bugeja, li minn patri Franġiskan, erba’ snin ilu ġie ordnat isqof tal-Libja, qal lil TVM li minkejja l-għawġ li hemm, f’Ottubru se jirritorna għall-missjoni fdata lilu, wara ftit jiem ta’ mistrieħ fil-kunvent tal-Franġiskani f’Għawdex.

Stqarr b’għafsa ta’ qalb li l-akbar weġa’ għalih huma r-reltajiet li jiltaqa’ magħhom.

L-Isqof ta’ Tripli u Benghazi, Mons George Bugeja ”każ partikolari fl-aħħar ġimgħat, ta’ żagħżugħ li ġie għandna, kien sekwestrat x’imkien, imsawwat u ttorturat u ġie għall-għajnuna fil-knisja. Pruvajna ngħinuh. Ħadnih anke sptar u sibna li kien marid bit-TB u tajnih fejn joqgħod biex nieħdu ħsiebu. Però effettivament miet dan, minħabba kwistjonijiet li ma kellux dokumentazzjoni, tlabna l-għajnuna tal-ambaxxata ta’ dak il-pajjiz li qed taħdem hemm imma peress li ma kellhomx il-go ahead tal-familjari tiegħu, lanqas għadna nistgħu nidfnuh dan. Diġà ilu xahrejn hemm. F’dawn iċ-ċirkostanzi nħoss tbatija kbira, ngħid imma għalfejn għandhom jiġru dawn l-affarijiet? Għaliex din it-tbatija kollha?”

Mons. Bugeja qal li l-komunità Nisranija fil-Libja, magħmula l-aktar minn Filippini qiegħda dejjem tiċkien. Qal li filwaqt li qabel ir-revoluzzjoni kien hemm diversi knejjes fil-kapitali Libjana, illum hemm waħda biss, bl-oħrajn issa qed jilqgħu l-komunità Musulmana, dik Anglikana waqt li oħrajn qed jaqdu funzjonijiet ġodda, fosthom gym. F’Benghazi, il-knisja ġġarfet waqt attakk u issa qed jużaw kappella fi sptar tat-tfal. Madanakollu, huwa stqarr li huma jgawdu rispett fost il-Libjani.

Fost l-inizjattivi li qed iwettaq fil-Libja, l-Isqof Buġeja semma l-uffiċċju tal-Caritas, li fi kliemu ma jagħmilx distinzjoni.

Mons. George Bugeja ”uffiċċju zgħir li bih ngħinu lill-immigranti speċjalment li jkollhom bżonn, mhux biss Afrikani imma dawk li jiġu għandna, mhux insara biss imma dawk kollha li jiġu għandna, ma nagħmlux distinzjoni, tajt direttivi ċari fuq din il-ħaġa, u ngħinu bil-mod li nistgħu.”

Ix-xewqa tal-Isqof Bugeja hija li tinstab soluzzjoni għal kunflitt bejn il-milizji Libjani.

Mons. George Bugeja qal ”j’Alla jinstab ftehim anke bil-għanuna tal-NM. Importanti li gvernijiet ma jidħlux u ma jimponux lilhom infushom fuq il-Libjani għax tkun reazzjoni bil-kontra imma bl-għjanuna tal-NM, forsi jistgħu jaslu anke għal ftehim ta’ paċi.”

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Mill-aħħar ta’ dax-xahar ser jibda l-ġbir separat tal-iskart organiku magħmul mil-fdalijiet tal-ikel li ser jibda jinġabar separat fil-borża l-bajda. Il-Ministru tal-Ambjent Jose’ Herrera qal li Gvern qed jipprovdi kontenituri apposta…

Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia ddikjara li kliem li ntqal fi tweet mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi jikkostitwixxi prima facie ksur ta’ privileġġ fil-konfront tal-Ministru Chris Cardona u talab lid-Deputat Nazzjonalista jagħmel apoloġija….

Lokali

Rappreżentanti ta’ ħames organizzazzjonijiet internazzjonali tal-midja li fl-aħħar jiem kienu f’Malta f’dik li sejħu missjoni għal-libertà tal-espressjoni, qalu li l-Gvern għandu jassigura li qed issir investigazzjoni sħiħa dwar il-qtil ta’…

Lokali

Il-Virtu Ferris qalet li għada se tħassar il-vjaġġi tagħha. Fuq Facebook, il-kumpanija qalet li kellha tħassar il-vjaġġi tagħha minħabba l-kundizzjonijiet tal-baħar u l-maltemp.

Aktar