Barranin
Jirreaġixxu n-nisa li ġew attakkati minn Trump fuq Twitter

Erba’ nisa li qegħdin fil-kungress Amerikan u li ġew attakkati mill-President Donald Trump f’serje ta’ tweets interpretati b’kontenut razzjali, iddeskrivew ir-rimarki tiegħu bħala distrazzjoni mill-kaos u l-kultura ta’ korruzzjoni ta’ din l-amministrazzjoni.

Il-President Trump issuġġerixxa li l-erba’ nisa, ilkoll ċittadini Amerikani – jistgħu jitilqu. Huwa ddefenda l-kummenti tiegħu u ċaħad allegazzjonijiet ta’ razziżmu.

F’konferenza tal-aħbarjiet, l-erbgħa nisa – magħrufa bħala l-Iskwadra – qalu li l-konċentrazzjoni għandha tkun fuq il-politika u mhux fuq id-diskors tal-President.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-gvern Spanjol offra li jilqa’ l-107 immigrant abbord il-bastiment Open Arms fil-port ta’ Algeciras. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-gvern Taljan irriftjuta li jdaħħal l-immigranti f’port sigur tal-pajjiż bil-gvern Spanjol…

Barranin

Waiter qrib Pariġi nqatel fi sparatura minn klijent li allegatament kien irrabjat għaliex is-sandwich li ordnat ma kinx ipreparat malajr. Il-pulizija qalet li għaddejja investigazzjoni dwar il-qtil li seħħ il-Ġimgħa…

Barranin

L-aħwa Muhammad niżlu biex jiffriskaw fix-xmara Iseo, f’Bergamo meta tnejn minnhom inbelgħu mill-ilma. Hassan u Waqas Muhammad tilfu ħajjithom wara li għerqu fix-xmara Iseo. L-aħwa, għalkemm ma kienux jafu jgħumu,…

Barranin

Jean-Claude Juncker kellu jtemm il-btala fl-Awstrija ħesrem hekk kif kellu jiddaħħal b’urġenza l-isptar. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, li għandu 64 sena, kellu jmur lura l-Lussemburgu biex jiġi operat b’urġenza fil-bużżieqa tal-marrara….

Aktar