Lokali
Jirriċerkaw biex jibnu ajruplani aktar effiċjenti u siguri

Fl-Università ta’ Malta għaddej proġett ta’ riċerka dwar materjali ġodda li jistgħu jintużaw fil-bini tal-ajruplani biex jagħmluhom aktar effiċjenti u sikuri. Fl-istess ħin, bdoti u tekniċi li jaħdmu fl-industrija tat-tiswija tal-ajruplani, qed isegwu korsijiet universitarji biex jaġġornaw il-ħiliet tagħhom u jaddattawhom għal industrija li kull ma jmur qed tinbidel.

Magħmul minn pjanċi tal-ħadid u taħlita ta’ materjali oħra, biex ajruplan itir jinħtieġ li jkollu qafas ħafif biżżejjed li jagħtih iċ-ċans jinqata’ mill-art, iżda fl-istess ħin irid ikun b’saħħtu biex jiflaħ għall-istress kollu li jgħaddi minnu waqt it-titjira.

Il-Fakultà tal-Inġinerija fl-Università ta’ Malta qed tmexxi proġett li l-għan tiegħu huwa li toħloq materjali li jagħmlu l-ajruplani aktar effiċjenti u sikuri. Dr Glenn Cassar, Inġinier u Lettur fl-Università ta’ Malta, jgħid li s-sigurtà tal-ajruplani tibqa’ l-iprem priorità.

Dr Cassar qal li “qed niżviluppaw materjali composites, taħlita ta’ materjali li flimkien jgħinu biex iżidu l-performance tal-materjali. U l-istudenti tagħna jaħdmu u jittestjaw dawn il-materjali, jiżviluppawhom. U jaraw kif jistgħu jfallu. Kif jistgħu jtejbu l-performance ta’ aircraft u biex titjieb is-safety ta’ dawn l-ajruplani”.

Fil-laboratorju, il-materjali jiġu soġġetti għall-forzi qawwija f’magni apposta biex jaraw kemm jifilħu għal stress.

L-industrija tal-avjazzjoni qed tibbenefika mod ieħor mill-Università ta’ Malta hekk kif l-Istitut għat-Teknoloġiji Aerospazjali, li twaqqaf fl-2014, introduċa korsijiet ta’ aġġornament għall-bdoti u għat-tekniċi li jahdmu fit-tiswija tal-ajruplani. Il-Professur David Zammit Mangion jgħid li dawn il-korsijiet ta’ aġġornament huma meħtieġa mill-istess natura ta’ din l-industrija.

David Zammit Mangion qal li “qed ikun hemm aktar automation. Aktar komputers abbord. Ir-rwol tal-pilota qed jinbidel. It-taħriġ tagħhom mhux qed ikun sodisfaċenti dejjem. U qed jintilfu ċertu skills, jew mhux qed jiġu żviluppati ċertu skills fit-training programme.”

It-tekniċi li jaħdmu fl-industrija tat-tiswija tal-ajruplani, qed jiġu mħajra jattendu korsijiet ta’ aġġornament teoretiku fl-Università ta’ Malta biex isaħħu dak li tgħallmu fis-snin li għaddew fl-MCAST. Din is-sena 14-il tekniku, ħafna minnhom impjegati ta’ Lufthansa Technik u SR Techniks, qed isegwu dan il-kors.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-villa barokka tas-seklu 18, li tinsab fil-qalba ta’ Ħ’Attard, ingħatat protezzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar. Il-palazz, li għandu importanza storika u arkitettonika kien inbena mill-familja Barbaro u kien jintuża kemm bħala residenza…

Sport

L-ex plejer internazzjonali Malti Carmel Busuttil bħalissa għandu iktar f’moħħu li jiffoka fuq l-iżvilupp tal-plejers żgħażagħ iktar milli huwa interessat fit-tim nazzjonali. Meta kien qed jiġi ntervistat fil-programm TVMi Insights,…

Ikel

Din hija mistoqsija li minn dejjem saret u qatt ma kien hemm tweġiba konkreta.  Iżda skont riċerka ġdida, instab mezz mill-Awstraljani li jista’ wassall persuna biex tonqos ħames darbiet iktar minn…

Infrastruttura

Il-maltemp li għamel fil-jiem li għaddew kien ta’ detriment għal bosta li riedu jgħaddu minn ċerti toroq fl-ibliet u l-irħula Maltin. Bosta toroq spiċċaw mgħarrqa, filwaqt li oħrajn żammew l-ilma…

Aktar