
Il-gvern lokali tar-reġjun Veneto għereq ftit wara li rrifjuta li jittieħdu miżuri għat-tibdil fil-klima.
L-uffiċni fejn jiltaqa’ l-gvern lokali jinsabu ftit bogħod mill-Gran Kanal ta’ Venezja u, għall-ewwel darba fl-istorja, għereq bħal ħafna mill-istabbilimenti, djar u mużewijiet tar-reġjun.
L-għargħar ġab lill-belt ta’ Venezja għarkupptejha wara li l-ilmijiet laħqu livelli rekord li qatt rat il-belt f’dawn l-aħħar 50 sena.
Jidher li l-kmamar għerqu ftit minuti wara li spiċċat il-laqgħa fejn kien qed jipprova jiġi nnegozjat l-użu ta’ riżorsi rinnovabbli.


Sigħat wara li l-Partit Konservattiv Ingliż iċċelebra l-akbar rebħa elettorali fi 30 sena, Boris Johnson se jżur in-naħa ta’ fuq tal-Ingilterra. Johnson qal li jittama li din ir-rebħa tal-Konservattivi se…
Fl-Istati Uniti l-kumitat ġudizzjarju parlamentari approva żewġ akkużi li dwarhom il-President Donald Trump jista’ jitneħħa mill-kariga. Il-ġimgħa d-dieħla l-mozzjoni dwar l-impeachment ser titressaq għall-vot quddiem il-kungress li huwa ddominat mid-Demokratiċi….
Fi New Zealand komplew l-isforzi biex jinstabu żewġ katavri viċin White Island, fejn żbroffa l-vulkan Whakaari nhar it-Tnejn. Iktar qabel, f’operazzjoni delikata mill-armata ta’ New Zealand, ġew irkuprati sitt katavri…
Il-Partit Konservattiv għamel l-ikbar rebħa minn dik ta’ Margaret Thatcher fl-1987. It-tielet elezzjoni f’erba’ snin li għaliha ħarġu jivvutaw ftit iktar minn 67 fil-mija tal-elettorat, wittiet it-triq biex fil-31 ta’…