Lokali
Jirrikonoxxuh bħala eroj

Il-kuntistabbli Simon Schembri, li daqs xahar ilu ttajjar u tkaxkar bil-karozza li kien qed isuq Liam Debono waqt li kien qed jaqdi dmirijietu, ġie rrikonoxxut bħala eroj minn Good Guys in Bad Lands.

Il-grupp internazzjonali Good Guys in Bad Lands jippromwovi, jagħti sapport u jqajjem kuxjenza dwar il-ħidma tal-uffiċjali pubbliċi li jpoġġu s-sigurtà tal-pubbliku qabel ħajjithom.

Il-kuntistabbli Simon Schembri ftit tal-ġranet ilu ħareġ mill-isptar fejn kien qed jissielet mal-mewt u b’turija ta’ kuraġġ u rispett, u bl-approvazzjoni tiegħu, il-grupp qasam mal-pubbliku ritratt tal-għaqda ma’ Simon Schembri.

Schembri qal li għal ftit ħin, il-ġest sabiħ nessieħ mill-uġigħ u t-trawma li għaddej minnha bħalissa filwaqt li rringrazzja lil kull min qed itiħ is-sapport f’dan il-mument diffiċli.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum jagħlaq 45 sena.  Jidher li għal Dr Muscat kienet ġurnata normali ta’ xogħol, iżda li matulha xorta ċċelebra għeluq sninu. Ritratt li ttella’ mid-Deputat Prim…

Mużika

Ersaq fil-Qrib hija s-single il-ġdida tal-grupp Malti stabbilit The Travellers, b’filmat mużikali li juri familja tipprova tgħix minn jum għall-ieħor filwaqt li madwarha għaddej kunflitt. B’lirika tipikament bil-Malti, din id-diska…

Kronaka

Raġel sofra xi ġrieħi meta dalgħodu waqa’ għal isfel f’Ħaż-Żebbuġ. Il-każ seħħ fi Triq l-Imdina għall-ħabta tas-6.30am. Il-Pulizija qalet li r-raġel, li għandu 25 sena u joqgħod Ħ’Attard, waqa’ għoli…

Aktar