Lokali
Jirritorna l-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu

Waqt li vara edizzjoni oħra tal-Ballu tal-Qamar t’Awissu, il-President ta’ Malta George Vella qal li l-mediċini tal-kanċer li qassmet il-Malta Community Chest Fund lill-pazjenti fl-ewwel nofs ta’ din is-sena, diġà laħqu l-ispejjeż tal-mediċini li ngħataw is-sena li għaddiet. Dr Vella qal li l-bżonnijiet tal-Malta Community Chest Fund huma kbar ħafna u li għalhekk il-bżonn li l-attivitajiet u d-donazzjonijiet jibqgħu isiru matul is-sena kollha.

Il-Markiż Daniel De Petri Testaferrata qal li l-Ballu tal-Qamar t’Awissu fil-Palazz Verdala se jsir fit-3 ta’ Awwissu li ġej.

Il-ballu li għalih jistgħu jattendu sa 750 ruħ, beda jiġi organizzat fis-sittinijiet taħt il-patrunaġġ tal-Gvernatur Sir Robert Laycock u jitqies bħala wieħed mill-aktar appuntamenti stabbiliti fil-kalendarju tas-sajf; li jservi wkoll bħala opportunità unika biex jitgawda wieħed mill-isbaħ palazzi fil-gżejjer Maltin.

Il-President Vella qal li l-ballu ta’ din is-sena se jkun ta’ livell għoli ħafna u ta’ kwalità, b’garanzija ta’ divertiment għal kull min jattendi.

Il-biljetti jistgħu jinkisbu mis-sit https://www.augustmoonball.com

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waqt li hemm stennija għall-azzjonijiet li se jittieħdu mill-Gvern wara l-konsultazzjoni pubblika li saret fuq it-traffikar uman u l-prostituzzjoni, stħarriġ mill-programm INSIGHTS li jixxandar illejla fuq TVM, wera li l-prostituzzjoni…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li min qed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandu jkollu l-kuraġġ jasal sal-aħħar għax warajh se jsib l-appoġġ u d-difiża ta’…

Agrikultura

Skola fiż-żona “Taż-Żokrija” fil-Mosta li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina għandha ċentru mnejn toffri lill-istudenti fl-aħħar tliet snin tas-sekondarja tagħlim fuq l-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali. Mifrux fuq erbat elef u…

Aktar