Barranin
Jirritornaw fl-Afganistan il-mexxejja Talibani li kienu eżiljati

Il-mexxejja Talibani li kienu qed jgħixu fl-eżilju reġgħu lura fl-Afganistan. Huma kienu qed jgħixu fil-Qatar.

It-Talibani taw l-impressjoni li ser ibiddlu l-attitudni tagħhom fil-konfront tad-drittijiet tan-nisa f’konferenza tal-aħbarijiet li taw jumejn wara li ħadu f’idejhom l-Afganistan.

Huma qalu li n-nisa ser jingħataw id-drittijiet li jistudjaw u jaħdmu skont il-liġi tax-Xarija, li hija l-liġi Musulmana. Huma qalu li ser jagħtu amnestija lil dawk li ħadmu mal-forzi barranin.

Rapporti qed jgħidu lit-toroq ta’ Kabul kienu kwieti fl-aħħar jumejn, bi ħwienet magħluqa u ħafna nies ġewwa, iżda t-tielet jum taħt it-Taliban sebaħ bi ftit iktar normalità, fejn xi ħwienet reġgħu fetħu l-bibien u n-nies ħarġu, iżda mhux daqstant in-nisa.

Sadanittant, ir-Renju Unit ħabbar li ser jieħu 20,000 persuna mill-Afganistan.

Ara wkoll:

Mas-600 ruħ qaqoċċa f’ajruplan li jesa’ 150 – l-unika tama biex isalvaw

Ara: Nisa f’Kabul isemmgħu leħinhom – jaffaċċjaw lit-Taliban bla biża’