Lokali
Jirriżenja l-bord kollu tal-akkademja César

Il-bord kollu tal-akkademja César, li huma l-unuri Franċiżi ekwivalenti għall-Oscars, irriżenja fl-isfond ta’ kritika qawwija għan-nomini li għamel ta’ 12-il unur għal film tad-direttur Pollakk-Franċiż Roman Polanski. Id-deċiżjoni li jiġi onorat il-film ta’ Polanski “An Officer and a Spy” irrabjat gruppi femministi u wasslet għal sejħiet biex l-unuri jiġu bbojkotjati.

Polanski ilu mis-sebgħinijiet imfittex mill-Istati Uniti fuq allegat stupru ta’ tifla ta’ 13-il sena. Mijiet ta’ atturi, producers u diretturi sejħu wkoll għal riforma. F’ittra miftuħa huma ddikjaraw il-malfunzjoni tal-akkademja César u n-nuqqas ta’ trasparenza fl-immaniġjar tagħha.

L-aħbar tar-riżenja tal-bord tal-akkademja César kienet xokk għall-45 edizzjoni taċ-ċerimonja f’Pariġi li se ssir fit-28 ta’ Frar. Fi stqarrija, l-akkademja qalet id-deċiżjoni kollettiva tippermetti għal tiġdid sħiħ tal-bord. Se ssir laqgħa ġenerali annwali wara ċ-ċerimonja tal-unuri sabiex jiġi elett bord ġdid li għandu jimplimenta riformi u jimmodernizza l-istituzzjoni.

Aħbarijiet Oħra

Il-Professur Alexiei Dingli qal li għalkemm it-teknoloġija ilha magħna 70 sena mistennija tkompli tbiddel id-dinja tagħna fl-għaxar snin li ġejjin. Waqt seminar organizzat bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku dwar il-prospetti…

F’messaġġ fil-bidu tal-ġimgħa ddedikata għas-Servizz Pubbliku, il-Prim Ministru Robert Abela qal li s-Servizz Pubbliku kien u jibqa’ s-sinsla tal-Gvern. Dr Abela rringrazzja li dawk kollha li qamu għall-okkażjoni u taw…

Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat sentenza fil-konfront ta’ Joseph Calleja, li kien jaħdem ma’ Identity Malta. Huwa kien ġie kkundannat erba’ snin ħabs u ordnat jagħti lura €44,400 wara li nstab…

Wara li Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista talab biex tkun posposta l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, il-Kummissjoni Elettorali responsabbli mit-tmexxija tal-elezzjoni qalet li m’hemmx bażi għal din it-talba. Qalet li l-Kummissjoni Elettorali ilha…

Aktar