Barranin
Jirriżenja l-Kap tal-Kunsill Militari Sudaniż

Il-Kap tal-Kunsill Militari Sudaniż irriżenja jum wara li mexxa l-kolp ta’ stat li qaċċat mill-poter lill-mexxej Omar al-Bashir fost mewġa ta’ protesti.

Il-Ministru tad-Difiża Awad Ibn Aud ħabbar id-deċiżjoni fuq it-televiżjoni tal-istat u ħatar lill-Ġeneral Abdel Fattah Abdelraham Burhan bħala s-suċċessur tiegħu.

Id-dimostranti rrifjutaw li jwaqqfu l-protesti hekk kif qed jakkużaw lill-mexxejja militari li għandhom rabtiet mill-qrib ma’ Bashir.

L-armata ddikjarat li se tibqa’ fil-poter għal sentejn u mbagħad isiru l-elezzjonijiet bit-tneħħija ta’ Bashir isseħħ wara xhur ta’ diżgwid li beda minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet ta’ prodotti essenzjali.

Aħbarijiet Oħra
Teknoloġija

Huma bosta dawk li fuq il-Facebook qed itellgħu r-ritratt tagħhom ta’ kif se jkunu qed jidhru fil-ġejjieni. Iżda kemm hu għaqli li tagħmel dan? Xi tkun qed tagħmel eżatt meta…

Barranin

Minn tal-inqas 12-il persuna mietu u diversi ndarbu f’attakk fi studio, il-Ġappun. Skont midja Ġappuniża raġel daħal fi Kyoto Animation Co studio u sprejja xi likwidu. Kawża t’hekk ħadu xi…

Barranin

Fl-istat ta’ Massachusetts l-Istati Uniti l-prosekuturi waqqgħu l-akkuża kriminali kontra l-attur Kevin Spacey. Spacey ta’ 59 sena kien akkużat li abbuża sesswalment minn ġuvni ta’ 18-il sena tliet snin ġo…

Barranin

Fil-belt ta’ Sinaloa fil-Messiku, in-nies ferħet għall-aħbar li fl-Istati Uniti, il-kap tal-ikbar ċirku ta’ traffikar ta’ droga bejn il-Messiku u l-Istati Uniti, Joaquin El Chapo Guzman, ingħata sentenza ta’ għomor…

Aktar