Lokali
Jirriżenja l-Kummissarju tal-Pulizija – il-PN jirreaġixxi

Wara aktar minn erbgħin sena jservi fil-korp tal-Pulizija, fl-aħħar tliet snin u nofs bħala Kummissarju, Lawrence Cutajar bagħat l-ittra tar-riżenja lill-Minsitru tal-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri. F’kummenti lill-media f’Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela rringrazzjah tal-ħidma li wettaq u r-riżultati tajbin li kiseb il-korp fl-aħħar xhur fosthom fl-investigazzjonijiet dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u każi oħra ta’ kriminalità serja.

“Fl-ittra tar-riżenja, is-Sur Cutajar kiteb li l-ħatra ta’ Prim Ministru ġdid titlob bidliet bil-għan li tkun tista’ tibda titwettaq ir-riforma mixtieqa fil-Korp tal-Pulizija. Ta’ dan is-sens ta’ irġulija nirringrazzjah. F’kull istituzzjoni jkun hemm lok ta’ riforma minn żmien ghal żmien. Dan hu proċess naturali. Qed nara opportunita’ li nħarsu ‘il quddiem lejn il-bidu ta’ riforma fil-Korp tal-Pulizija li tkompli ssaħħaħ il-korp li hu tant kruċjali f’pajjiżna fejn tidħol l-infurzar tal-liġi u ż-żamma tal-bon ordni.”

Għal perjodu temporanju, id-Deputat Kummissarju Carmelo Magri, li hu l-aktar uffiċjal anzjan fl-amministrazzjoni tal-korp, inħatar bħala Aġent Kummissarju tal-Pulizija.

“Fil-frattmep irid jibda process ta’ għażla jinħatar Kummsisarju gdid. Se nresssaq fil-laqgha tal-Kabinett li jmiss, tat-Tlieta li gej, proposta dwar il-metodu l-ġdid tal-għażla li hu xieraq għaż-żmien tal-lum.”

Mistoqsi jiżvela aktar kif se jinħatar il-Kummissarju, il-Prim Ministru qal li mhux se jikkummenta għalissa għax jemmen li jrid ikun hemm deċiżjoni kollettiva mill-kabinett dwar dan. Dr Abela qal iżda li se jkun metodu serju u trasparenti u li dwaru se jikkonsulta mal-Oppożizzjoni.

“Sta għall-Oppożizzjoni taqbilx jew le imma mbagħad irridu nieħdu d-deċiżjonijiet għax il-korp tal-pulizija jrid jimxi ‘l quddiem.”

Mistoqsi jistenniex ukoll ir-riżenja tal-Avukat Ġenerali, il-Prim Ministru qal li m’hemmx raġuni li għaliha l-Avukat Peter Grech għandu jirriżenja mill-kariga. “Sal-lum għamilt evalwazzjoni ta’ ħidmet l-AĠ u nara li mateżisti ebda raguni li ssemmi l-kostituzzjoni għaliex l-AĠ għandu jirriżenzja jew jitkeċċa.”

Bl-istess mod, il-Prim Ministru qal li Mario Cutajar se jibqa’ fil-kariga ta’ Kap tas-Servizz Pubbliku u Segretarju tal-Kabinett.

Il-Prim Ministru Robert Abela jindirizza konferenza Stampa

Il-Prim Ministru Robert Abela jindirizza konferenza Stampa

Gepostet von MaltaGov am Freitag, 17. Januar 2020

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija mid-deputat Beppe Fenech Adami qal li r-rizenja tal-Kummissarju Cutajar saret sentejn tard. Waqt li tenna l-kritika kontra s-Sur Cutajar, appella lil Prim Ministru biex jilqa l-proposta tal-Partit Nazzjonalista li l-Kummissarju jinħatar biż-żewġ terzi tal-Parlament biex din l-istituzzjoni terġa’ tgawdi mill-fiduċja. Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru għandu jfittex il-kunsens f’dan il-mument delikat biex Malta terġa’ taqbad ir-rotta t-tajba li twassal għall-ġustizzja u s-saltna tad-dritt.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-membri tas-soċjetà tal-minjaturi ta’ bosta inġenji mibnija bi preċiżjoni u dedikazzjoni li teħtieġ paċenzja ta’ Ġobb qed itellgħu l-wirja annwali tagħhom ġewwa l-Mużew Marittimu fil-Birgu. L-wirja fiha kollezzjoni impressjonanti ta’…

Kultura

Il-Karnival ta’ Malta jinżel fl-istorja mhux biss għall-karrijiet, u kostumi u maskeruni ikkuluriti, iżda wkoll għat-temp tar-rebbiegħa li għamel f’nofs ix-xitwa. U dan huwa element importanti fir-renju tal-bluha li għat-tielet…

Teknoloġija

L-Awtorità għall-Innovazzjoni Diġitali, li għandha r-responsabiltà li tirregola s-settur tad-Distributed Ledger Technologies u l-Intelliġenza Artifiċjali, għaddejja b’taħdidiet ma’ numru ta’ entitajiet fosthom Transport Malta u l-Ministeru tal-Edukazzjoni biex tintuża l-aħħar teknoloġija…

Aktar