Brexit
Jirriżenja l-Ministru Ingliż responsabbli minn Brexit

Il-Ministru Ingliż responsabbli minn Brexit, David Davis irriżenja. Ir-riżenja ta’ Davis seħħet jiem wara li l-Prim Ministru Theresa May kisbet l-appoġġ tal-kabinett fuq il-pjan tal-Gvern Ingliż għal Brexit. Fl-ittra tar-riżenja tiegħu, Davis qal li hu qed jirriżenja hekk kif il-pjan ta’ Brexit se jkun qed iwassal lir-Renju Unit biex iħalli l-suq waħdieni tal-Unjoni Ewropea. Qal ukoll li ma kienx konvint bil-pjan għaliex hemm possibilità li dan jista’ jwassal għal talbiet ta’ iktar konċessjonijiet mill-Unjoni Ewropea. Davis iħoss li bil-pjan Brexit, ir-Renju Unit se jkun f’pożizzjoni ta’ żvantaġġ u se jispiċċa ma jkunx jista’ jaħrab minn din is-sitwazzjoni. Fit-tweġiba tagħha, Theresa May qalet li ma taqbilx mal-mod kif qed jaħsibha dwar il-pjan Brexit.

David Davis ġie appuntat fil-kariga bħala Ministru responsabbli minn Brexit fl-2016, bl-impenn tiegħu kien dak li jġib l-aqwa ftehim possibbli għall-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Steven Baker li kien il-Junior Minister ta’ Brexit, irriżenja wkoll wara li tħabbret ir-riżenja ta’ Davis. Dwar il-pjan Brexit, li issa għalih hemm l-appoġġ tal-kabinett, Theresa May se tkun qed taffaċċja lill-membri tal-Parlament nhar it-Tnejn li ġej.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Fil-Ġappun aktar minn 30 persuna tilfu ħajjithom u mijiet oħra jinsabu l-isptar għall-kura kawża tas-sħana qawwija li ilha għaddejja sebat’ ijiem. It-temperatura qed tlaħħaq kważi 41 grad celcius li hija…

Annimali

Klieb ta’ razez differenti nġabru f’Londra biex jieħdu sehem fl-iswimming gala organizzata minn rover.com. Christopher Cederskog minn rover.com qal li l-klieb minbarra li jħobbu jesploraw kull fejn ikunu għandhom għal…

Barranin

It-traġedja f’Missouri tard ilbieraħ wara l-għarqa ta’ dgħajsa bit-turisti ħalliet 17-il vittma li disa’ minnhom huma mill-istess familja. Il-gvernatur ta’ Missouri Michael Parson qal li Tia Coleman ikkonfermat miegħu li…

Barranin

Bosta artisti ngħaqdu flimkien fit-Tajlandja biex ħolqu kapulavur mill-isbaħ bix-xibhat tal-eroj li salvaw lit-12-il tifel u l-kowċ tagħhom mill-mewt, wara li nqabdu f’għar perikoluż fit-Tajlandja. Il-pittura tpittret ma’ ħajt f’Chiang…

Aktar