Barranin
AĠĠORNAT: Prim Ministru ġdid għal Franza wara li rriżenja Édouard Philippe

Jean Castex hu l-Prim Ministru l-ġdid ta’ Franza. Dan wara li Édouard Philippe rreżenja mill-kariga li kienu ilu jservi 3 snin.

Dan l-iżvilupp seħħ wara li l-Partit ta’ Macron mar ħażin fl-elezzjonijiet lokali li saru fi tmiem il-ġimgħa u wiegħed triq ġdid għall-Gvern.

Il-pajjiż bħalissa qed jiffaċċja kriżi ekonomika minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Fi Franza hi prassi li l-President jibdel lill-Prim Ministru matul it-terminu ta’ 5 snin.

Aktar qabel:

Il-Prim Ministru ta’ Franza Edouard Philippe ssottometta r-riżenja tiegħu wara tliet snin fit-tmun tal-gvern tal-President Emmanuel Macron.

Minkejja li fi Franza Philippe jgawdi popolarità aktar minn Macron, il-partit République En Marche mar ħażin fl-elezzjoni lokali fi tmiem il-ġimgħa.

Philippe ltaqa’ mal-President u qablu li l-gvern għandu jirriżenja.

Il-President Macron wiegħed triq ġdida.

Franza bħalissa qed taffaċċja kriżi ekonomika wara l-pandemija tal-coronavirus.

Hija prassi li l-President Franċiż jibdel lill-Prim Ministru matul it-terminu ta’ ħames snin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

It-traġedji jħallu dejjem vittmi innoċenti. L-istess l-isplużjoni ta’ nhar it-Tlieta fil-port tal-kapitali Lebaniża, Beirut, li tertqet belt sħiħa u ħalliet daqs ftit inqas mill-popolazzjoni ta’ Malta mingħajr saqaf fuq rashom…

Barranin

Il-każi tal-COVID-19 fl-Afrika qabżu l-miljun. Dan jirriżulta mill-Unjoni Afrikana li qiegħda ssegwi l-imxija tal-virus fil-kontinent. Hija esprimiet it-tħassib tagħha dwar in-nuqqas ta’ ttestjar fl-Afrika li qalet qiegħed iwassal għal stampa…

Barranin

F’Beirut fil-Libanu, dimostranti niżlu fit-toroq jipprotestaw kontra l-Gvern u juru r-rabja tagħhom għall-isplużjoni li ħalliet ħerba sħiħa nhar it-Tlieta. Ħafna Lebaniżi qed jgħidu li din l-isplużjoni seħħet minħabba neġliġenza kbira…

Barranin

Tarbija f’Beirut kienet waslet biex titwieled meta seħħet l-ewwel splużjoni ta’ jumejn ilu, li farrket il-ħġieġ tas-sala tal-isptar. Il-mument inqabad minn missier it-tarbija, li dak il-ħin inzerta qed jiġbed filmat…

Aktar