Politika Lokali
Jirriżenja Pierre Portelli minn Chairman tal-media tal-PN

Fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ltaqa’ t-Tnejn filgħaxija, b’post fuq facebook, Pierre Portelli ħabbar li kien qiegħed jirriżenja minn Chairman Eżekuttiv tal-kumpanija tal-media tal-Partit Nazzjonalista.

Hu qal li ppreżenta l-ittra tar-riżenja lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, il-ġimgħa l-oħra.  Spjega li Dr Delia talbu jikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu iżda stqarr li l-mod kif żviluppat il-laqgħa tal-Eżekuttiv kkonfermat il-fehma u t-tħassib li kellu.

Fl-ittra tar-riżenja, is-Sur Portelli qal li l-aħħar għoxrin xahar kienu mtappna bi ġlied ta’ kuljum u elementi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista li nsistew li għandhom “dritt divin” li jmexxu u jikkontrollaw il-partit u l-mezzi tal-media tiegħu.  Semma li fl-aħħar sentejn ġew reġistrati kisbiet biex il-kumpanija Media.Link, li kellha qagħda finanzjarja diżastruża, ġiet ristrutturata.  Madankollu, Pierre Portelli sostna li hu ċar li jekk jibqa’ fl-irwol ta’ Chairman mhux se jirnexxielu jġib aktar bidliet minħabba dawk li sejjaħ bħala attakki kostanti u koorindati fuq il-partit u l-media tiegħu minn xi deputati fil-grupp parlamentari nazzjonalisti li allega wasslu biex saħansitra sostnew u għenu attivita’ kriminali minn terzi biex ineħħu lil Dr Delia.

Hu minħabba t-twemmin sod tiegħu fil-Partit Nazzjonalista u f’dak li jirrappreżenta, li Pierre Portelli qal, iddeċieda li jirritorna fis-settur privat.  Żied jgħid li minn barra se jibqa’ jappoġġja d-determinazzjoni ta’ Dr Delia li jimbotta għal triq ġdida għall-Partit Nazzjonalista.  Fl-ittra tar-riżenja, is-Sur Portelli qal li r-realta’ tal-lum titlob li tittieħed azzjoni serja u li l-partit jitnaddaf minn persuni li jkomplu jistaġnawh.

Fin-nota fuq facebook li akkumpanjat l-ittra sħiħa tar-riżenja, Pierre Portelli kiteb li hemm bżonn li xi uħud fil-Partit Nazzjonalista jiġu esposti u mwaqqfa qabel ma’ jkissru l-partit.  Sostna l-impenn tiegħu li jagħmel hekk minn barra, mingħajr ix-xkiel ta’ kariga uffiċċjali fil-partit.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar