Barranin
Jirriżenjaw il-mexxejja ta’ waħda mill-ikbar knejjes Amerikani fuq skandlu sesswali

Skandlu sesswali wassal għar-riżenja tal-mexxejja ta’ Willow Creek, li b’25,000 membru hija kkunsidrata bħala l-ħames l-ikbar knisja fl-Istati Uniti.

L-allegazzjonijiet kontra l-fundatur tal-knisja, Bill Hybels, bdew ħerġin iktar kmieni din is-sena, b’diversi nisa jakkużawh li għamel avvanzi sesswali fil-konfront tagħhom. Kien allegat ukoll li Hybels kien qiegħed f’relazzjoni sesswali ma’ mara.

Minkejja li investigazzjoni interna kkonkludiet li l-allegazzjonijiet ma kinux minnhom, f’April Hybels irriżenja xorta waħda għaliex qal li kien qed ikun “ta’ distrazzjoni.”

Hekk kif ftit tal-jiem ilu reġgħet saret allegazzjoni oħra minn mara li kienet assistenta ta’ Hybels, u li qalet li kien kontinwament imissha b’mod mhux xieraq, il-bord tal-mexxejja tal-knisja ħabbru li kienu se jirriżenjaw ukoll.

Il-mexxejja qalu li qed jirriżenjaw għax ma kinux aġixxew kif suppost fuq l-allegazzjonijiet dwar Hybels, u li l-knisja issa kellha bżonn bidu ġdid.

Ritratt: (mil-lemin) Ir-Rev Bill Hybels, ir-Rev Heather Larson, u r-Rev Steve Carters, li kollha rriżenjaw

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ir-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja jridu li l-Arabja Sawdija tagħti spjegazzjoni ċara dwar il-qtil ta’ Jamal Khashoggi li deher dieħel fil-konsulat tal-Arabja Sawdija. Fi stqarrija komuni t-tliet pajjiżi qalu li…

Barranin

Fit-Tajwan, mill-anqas 17-il persuna tilfu ħajjithom u mal-137 indarbu meta l-ferrovija li kienu fuqha nqalgħet minn fuq il-linji. L-inċident seħħ fil-belt ta’ Yilan meta fuq il-ferrovija kien hemm 366 passiġġier….

Barranin

Fi ftit xhur żewġt itfal tilfu lill-ġenituri tagħhom. Dan wassal biex żagħżugħ ta’ 19-il sena kellu jservi ta’ omm u missier ħuh li għandu 13-il sena. Nathan u Luke Philips…

Trump

Il-President Amerikan Donald Trump iddikjara li l-Istati Uniti se tkun qed tirtira mit-trattat dwar l-armi nukleari mar-Russja. Waqt li kien qed jitkellem mal-ġurnalisti, Trump qal li d-deċiżjoni ttieħdet għaliex ir-Russja…

Aktar