Barranin
Jirtira mill-elezzjoni presidenzjali tax-xahar id-dieħel

L-ex President Brażiljan Luiz Inácio Lula da Silva rtira mill-elezzjoni presidenzjali tax-xahar id-dieħel.

Il-kap tal-Partit tal-Ħaddiema Gleisi Hoffman ħabbar din id-deċiżjoni barra l-kwartieri ġenerali tal-pulizija, fejn l-ex President, li għandu 72 sena qed jiskonta sentenza ta’ 12-il sena.

Lula kiteb ittra lill-persuni li jappoġġjawh li ilhom mill-ħames xhur jikkampjaw barra ċ-ċella tiegħu jitolbu għall-ħelsien tiegħu. Fl-ittra qal li mhux se jikkontesta l-elezzjoni tas-7 ta’ Ottubru. Huwa qal li Fernando Haddad se jikkontesta minfloku.

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara battalja legali twila, li laħqet il-qofol tagħha fl-aħħar t’Awwissu meta l-Qorti Elettorali Superjuri qalet li huwa ma jistax jikkontesta għall-presidenza. Deċiżjoni li l-Partit tal-Ħaddiema appella għaliha u li għadd trid tittieħed deċiżjoni dwarha mill-Qorti Suprema.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Joaquin Guzman, magħruf bħala El Chapo, ġie kkundannat għomru l-ħabs, u 30 sena oħra magħhom, minn Qorti fl-Istati Uniti. El Chapo ta’ 62 sena kien il-kap tal-ikbar ċirku ta’ traffikar…

Barranin

Il-kittieb Sqalli, Andrea Camilleri, miet fl-età ta’ 93 kmieni dalgħodu. Camilleri, li kien magħruf għall-kotba tiegħu tal-Kummissarju Montalbano, miet fl-isptar fejn kien rikoverat wara li kien sofra minn attakk tal-qalb…

Unjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew għadu kif approva n-nomina tal-Ġermaniża, Ursula von der Leyen bħala President tal-Kummissjoni Ewropea għall-ħames snin li ġejjin. Kif mistenni qabel il-vot tal-lejla, il-Parlament kien maqsum fuq in-nomina tagħha…

Barranin

L-għaqda bejn l-istati membri u t-tħaddin tal-valuri Ewropej kienu fil-qofol tal-viżjoni li l-Ġermaniża Ursula von der Leyen ppreżentat lill-Parlament Ewropew. F’diskors ta’ madwar nofs siegħa li matulu osservaturi qalu li…

Aktar