X

Jirtira mill-elezzjoni presidenzjali tax-xahar id-dieħel

L-ex President Brażiljan Luiz Inácio Lula da Silva rtira mill-elezzjoni presidenzjali tax-xahar id-dieħel.

Il-kap tal-Partit tal-Ħaddiema Gleisi Hoffman ħabbar din id-deċiżjoni barra l-kwartieri ġenerali tal-pulizija, fejn l-ex President, li għandu 72 sena qed jiskonta sentenza ta’ 12-il sena.

Lula kiteb ittra lill-persuni li jappoġġjawh li ilhom mill-ħames xhur jikkampjaw barra ċ-ċella tiegħu jitolbu għall-ħelsien tiegħu. Fl-ittra qal li mhux se jikkontesta l-elezzjoni tas-7 ta’ Ottubru. Huwa qal li Fernando Haddad se jikkontesta minfloku.

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara battalja legali twila, li laħqet il-qofol tagħha fl-aħħar t’Awwissu meta l-Qorti Elettorali Superjuri qalet li huwa ma jistax jikkontesta għall-presidenza. Deċiżjoni li l-Partit tal-Ħaddiema appella għaliha u li għadd trid tittieħed deċiżjoni dwarha mill-Qorti Suprema.