Barranin
Jirtira wieħed mill-ġganti fid-dinja tal-moda

Beda bħala apprendist ta’ Pierre Cardin u imbagħad ħadem bħala disinjatur għal Hermes.

Wieħed mill-ġganti tad-dinja tal-moda, Jean Paul Gaultier, ippreżenta l-aħħar wirja tiegħu qabel ma jirtira formalment mill-industrija wara ħamsin sena.

Id-disinjatur Jean Paul Gaultier irtira formalment mix-xena tal-moda fi sfilata eċċentrika b’mudelli prolifiċi u mużiċisti, saħansitra anki s-sehem tal-kantant, Boy George.

Gaultier ħabbar li din se tkun l-aħħar wirja tiegħu wara ħamsin sena fix-xena tal-moda.

Id-disinjatur li għandu 67 sena qal li wasal iż-żmien li jirtira minkejja li ammetta li l-passjoni għall-moda għadhom qawwija fih.

“It’s good, I think I have not to complain. It’s a long time. But it’s time maybe to rest, not rest, because I cannot stop to work, but to do it maybe with some fresh thing.

Għexieren ta’ mudelli, irġiel u nisa fosthom l-artista tal-burlesque Dita Von Teese u l-mudella Gigi Hadid ħadu sehem fil-wirja extravaganti fit-teatru Châtelet ta’ Pariġi. “I’m sure there are (other great designers), but I can’t think of anyone that’s ever done it with the kind of quality and uniqueness that he has. There’s a lot of beauty in haute couture and fashion. But he’s really someone who’s made consistently gorgeous

Mumenti ikoniċi kienu l-wirja tal-mudelli bid-disinji tipiċi ta’ Gaultier fosthom il-ħwejjeġ li kien iddisinja għall-ispettakli tal-kantanta Madonna waqt id-disgħinijiet u l-interpretazzjoni tad-diska ta’ Amy Winehouse, Back to Black mill-kantant Boy George.

Jgħid li kien hemm tibdil fenomenali fl-industrija tal-moda b’enfasi fi snin riċenti, u għamel appell favur it-tkattir ta’ kuxjenza ambjentali.

“The theme are changing, we are maybe in chaos, in chaos of many things, you know. So it’s good. And don’t burn the clothes, and recycle them, voila, is what I want to say.”

Gaultier jitqies bħala wieħed mit-talenti ewlenin fid-dinja tal-moda hekk kif fil-bidu tat-tmeninijiet kien mnebbaħ mill-kultura punk bi kreazzjonijiet li kienu jispkkaw ferm għal dik l-era.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-logħbiet li ġejjin fl-Italja ser jintlagħbu bil-bibien magħluqa f’dawk ir-reġjuni affettwati mill-Coronavirus. Dan tħabbar mill-Ministru Taljan għall-Isport Vincenzo Spadafora it-Tnejn filgħaxija fejn qal li minħabba li l-logħob irid jintlagħab sabiex…

Barranin

Skont il-ġurnal Taljan La Repubblica, il-coronavirus kompla jinfirex fl-Italja, b’żewġ każijiet ġodda jfeġġu f’Palermo u f’Firenze. Dan ifisser li issa feġġ l-ewwel każ anke fi Sqallija. Skont l-istess ġurnal jidher…

Barranin

Filmat bid-drone juri mijiet ta’ persuni fi kju twil mijiet ta’ metri, bil-għan li jixtru maskra biex jgħattu biha mneħirhom u ħalqhom f’Daegu. Is-supermarket partikolari, li jinsab fid-distrett ta’ Chilseong…

Barranin

Harvey Weinstein ittieħed l-Isptar ta’ Bellevue f’Manhattan ilbieraħ, wara li lmenta li kien qed ibati minn uġigħ f’sidru. Hu kien sejjer fi triqtu għall-ħabs f’Rikers Island, iżda minflok ittieħed l-isptar….

Aktar