Barranin
Jisfaxxaw it-taħditiet dwar Brexit bejn May u Corbyn

Il-mexxej Laburista Ingliż Jeremy Corbyn qal li sfaxxaw it-taħditiet dwar Brexit li kienu qed isiru bejn il-partit tiegħu u l-Partit Konservattiv Ingliż immexxi mill-Prim Ministru Theresa May.

Corbyn qal li t-taħditiet kienu ilhom għaddejjin 6 ġimgħat bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni u sostna li ma jistgħux jibqgħu għaddejjin minħabba iktar dgħufija u instabilità mill-Gvern.

Iż-żewġ partiti mistennija jiddiskutu numru ta’ għażliet lill-Membri Parlamentari biex jiżlukkaw il-kwistjoni.  Ilbieraħ, May wegħdet li se tkun qed tirreżenja minn Prim Ministru wara l-vot li jmiss dwar Brexit.

Fit-3 ta’ Ġunju mistenni li jittieħed dan il-vot, l-ewwel okkażjoni għall-MPs Ingliżi fil-Parlament biex jivvutaw wara li tressqet il-liġi dwar it-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea li trid tiġi implimentata bi ftehim bejn iż-żewġ naħat.

Jekk dan il-vot ma jgħaddix, l-intenzjoni ta’ May hija li titlaq mit-tmexxija, pożizzjoni li diġà wera interess fiha Boris Johnson.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-possibiltà ta’ ftehim emendat dwar Brexit jiddependi fuq il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, iżda tenna li r-Renju Unit għandu jkun imħejji li jitlaq sal-31 ta’…

Barranin

Ħames persuni tilfu ħajjithom wara li ajruplan żgħir u ħelikopter ħabtu u ġġarrfu fi Spanja. It-traġedja seħħet fuq il-gżira Mallorca għall-ħabta tas-1.35 ta’ waranofsinhar. Qed ikun irrappurtat li fil-ħelikopter kien…

Barranin

Frank u Carmen Sant, Maltin li jgħixu l-Awstralja, tilfu ħajjithom matul il-lejl li għadda wara li kienu involuti f’inċident f’Sydney. Il-każ kien irrappurtat mill-midja Awstraljana u anki minn dik Ingliża,…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong użaw il-gass tad-dmugħ biex iwaqqfu protesti kontra l-gvern f’subborg industrijali wara li l-attivisti waddbu bombi tal-petrol u bricks. Dan seħħ hekk kif ċ-Ċina ħelset ħaddiem tal-konsulat tar-Renju…

Aktar