Unjoni Ewropea
Jisfidaha biex tinvestiga l-attivitajiet kontra l-ħasil ta’ flus fl-Istati Membri l-kbar tal-UE

L-Ewroparlamentari Alfred Sant staqsa lill-Kummissarju Vera Jourova biex issemmi x’azzjonijiet ħadet jew x’każijiet qed tipprepara biex tinvestiga l-Kummissjoni Ewropea dwar attivitajiet ta’ ħasil ta’ flus fl-Istati Membri l-kbar bħall-Estonja, l-Olanda u l-Latvja fejn ġew żvelati ħafna każijiet kbar ta’ attivitajiet ta’ ħasil ta’ flus fuq livell nazzjonali.

Fost dawn, Dr Sant semma lil Danske Bank, il-bank Olandiż Dutch Banke ING u l-bank Latvijan ABLV li huma implikati fil-ħasil ta’ flus u qed jiġu kkunsidrati suspettużi.

Dr Alfred Sant ippreżenta fatti u mistoqsijiet lill-Kummissarju Jourova wara li ġie żvelat li Malta hija l-uniku pajjiż li l-Kummissjoni Ewropea ordnat biex issaħħaħ ir-regoli ta’ kontra l-ħasil ta’ flus u biex ittejjeb il-funzjonijiet tal-ispjunaġġ finanzjarju.

Dr Sant qal li dan huwa każ ċar fejn il-Kummissarju Joulova qed taqbad mal-Istati Membri ż-żgħar fuq każijiet relattivament inqas importanti biex turi li b’xi mod qed tieħu xi tip ta’ azzjoni kontra l-ħasil ta’ flus.