Barranin
Jisfidaw it-temperaturi kesħin biex jappoġġjaw l-għawwiema Russi

Għawwiema Russi taw appoġġ lill-iskwadra Russa tal-għawm li ġew projbiti milli jieħdu sehem fil-logħob Olimpiku ta’ Seoul, billi sfidaw it-temperaturi kesħin u qabżu jgħumu fix-xmara Baikal.

F’deċiżjoni mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali kmieni dan ix-xahar, l-għawwiema Russi ġew projbiti minħabba dak li ssejjaħ bħala manipulazzjoni tas-sistema tal-anti-doping, iżda din id-deċiżjoni ħalliet bieb imbexxaq biex għawwiema Russi li qatt ma kellhom x’jaqsmu mad-doping ikunu mistiedna jieħdu sehem bħala atleti individwali. F’din il-flash mob għal għarrieda ħadu sehem grupp ta’ 27 għawwiema.

Ara l-filmat: