Kurżitajiet
Jisfidaw temperaturi taħt iż-0 u jinżlu jgħumu

Min jistad u min jgħum fl-ilma nġazzat. Dawn l-għawwiema Ċiniżi qed jieħdu sehem fil-festival tas-silġ f’Harbin iċ-Ċina, fejn parti minnu hija dedikata għall-għawm.

Hawnhekk, it-temperaturi jinstabtu taħt iz-zero f’dawn ix-xhur tax-xitwa, imma dan ma jaqtax qalb l-għawwiema li jieħdu sehem f’din l-attività annwali. B’kollox mas-600 għawwiem sfidaw l-ilma kiesaħ f’passatemp li għalkemm għalina jista’ jidher stramb f’dawn iż-żmenijiet ta’ kesħa, f’dawn il-partijiet taċ-Ċina huwa popolari speċjalment mal-adulti li jemmnu li l-għawm f’ilma kiesaħ jew saħansitra friżat huwa ta’ benefiċċju għas-saħħa. Il-festival tas-silġ f’Harbin fiċ-Ċina huwa wieħed spettakolari li jinkludi l-bini ta’ skulturi fis-silġ, u jibqa’ sejjer sa Frar sakemm is-silġ jibda jdub u t-temperaturi jibdew jogħlew.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-personalità li għandu miljuni ta’ segwaċi fuq is-siti soċjali Nas Daily jidher li se jkun Malta mill-ġdid f’Jannar li ġej. Dan hekk kif qed jippjana li jiffilmja l-1,000 vidjo u…

Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Ħadd ma jaf x’jismu. Kulħadd bħala “l-għaġeb” jafu. Miskin, setgħu sabulu laqam aħjar, imma dal-laqam weħel miegħu u m’hemmx li jitilqu. Kull sena…

Barranin

Il-Ministeru tas-Saħħa fl-Italja qed jappella lit-tobba madwar il-pajjiż biex jiktbu r-riċetti b’mod li jkunu jistgħu jinqraw bla problemi. Dan hekk kif kien ikkalkulat li madwar 4.7% tal-iżbalji mediċi huma t-tort…

Kurżitajiet

Il-Bambin Ġesù fil-maxtura huwa ċ-ċentru tan-Natività iżda tradizzjoni Spanjola donnha qiegħda tisraqlu x-xena hekk kif ħadet l-għeruq fil-Presepju Malti. F’Katalonja, dawk dilettanti tal-presepji żgur mhux forsi ma jarmawhx mingħajr dan…

Aktar