Barranin
Jisħqu fuq il-ħtieġa ta’ titjib fl-infrastruttura minħabba temp estrem fi New York

Uffiċjali fi New York u New Jersey qalu li hemm bżonn ta’ titjib fl-infrastruttura biex tkun tiflaħ għal kundizzjonijiet ta’ temp estrem. Għargħar kbir mill-maltempata Ida li laqtet il-Grigal tal-Istati Uniti ħalliet minn tal-anqas 46 persuna mejta.

Ida laqtet il-kosta tal-Golf nhar il-Ħadd bħala maltempata f’kategorija erba’ u mxiet lejn il-Lvant tal-Istati Uniti fejn intensifikat b’xita qalila bir-riżultat li nhar l-Erbgħa ikkawżat għargħar kbir f’Pennsylvania, New Jersey, Connecticut u New York.

Eluf ta’ nies inqabdu fi djarhom jew fil-karozzi tagħhom bil-ħaddiema tas-salvataġġ kellhom isalvawhom b’dgħajjes tas-salvataġġ. Uffiċjali kkonfermaw il-mewt ta’ 16-il ruħ fi New York, 25 fi New Jersey, erbgħa f’Pennsylvania and mewt f’Connecticut.