Barranin
Jisirqu mal-€4 miljuni f’ġojjelli minn lukanda f’Pariġi

Mal-€4miljuni f’ġojjelli lbieraħ insterqu minn lukanda lussuża f’Pariġi.

Is-serqa minn 5 rġiel armati seħħet għall-ħabta tas-6pm. Huma daħlu billi kisru l-ħġieġ tal-ħanut tal-ġojjellerija fir-Ritz Hotel b’mannara. Ritz Hotel, lukanda ta’ħames stitlel tinsab ftit ’il bogħod mill-Ministeru għall-Ġustizzja.

Madankollu l-ħallelin sabu skoll waqt is-serqa hekk kif is-serqa baqgħet nofs leħja xħin għadda pulizija li kien qed jagħmel ir-ronda ta’ kuljum.

Tlieta mill-ħames irġiel ġew arrestati u t-tnejn l-oħra rnexxielhom jaħarbu bil-muturi minn fuq il-post. Huwa maħsub li magħhom dawn iż-żewġt irġiel irnexxielhom jieħdu l-flus. Dan hekk kif għadu mhux magħruf jekk ġewx irkuprati xi flus mill-Pulizija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Ministeru tas-Saħħa fl-Italja qed jappella lit-tobba madwar il-pajjiż biex jiktbu r-riċetti b’mod li jkunu jistgħu jinqraw bla problemi. Dan hekk kif kien ikkalkulat li madwar 4.7% tal-iżbalji mediċi huma t-tort…

Barranin

Fl-Indja, tifla ta’ 3 snin ġiet stuprata fid-dar fejn tgħix fi New Delhi.  It-tifla nstabet fuq it-taraġ mimlija demm u mitlufa minn sensieha. L-aggressur huwa raġel ta’ 40 sena li…

Barranin

Mara li binha ta’ sentejn jinsab f’xifer il-mewt qed titlob ħniena lill-awtoritajiet Amerikani biex tkun tista’ żżur lil binha għall-aħħar darba. L-omm tinsab fl-Eġittu, u ma tistax iżżur lil binha,…

Barranin

Ir-reċta tal-Milied fi skola primarja ta’ Gela fl-Italja wasslet għall-ġlieda bejn żewġ ommijiet li sfrattat kollox.  Iż-żewġ ommijiet tlewmu dwar fejn hu l-aħjar post biex joqogħdu jiffilmjaw lil uliedhom. L-atmosfera…

Aktar