Politika
Jiskatta l-proċess elettorali għall-ħatra ta’ Mexxej ġdid tal-PL

Fi stqarrija tard it-Tnejn filgħaxija, il-Partit Laburista ħabbar li approva l-proċess li permezz tiegħu se ssir l-elezzjoni ta’ Mexxej ġdid tal-Partit Laburista. Fil-fatt l-Eżekuttiv approva l-aġenda u d-dati għall-Konferenza Ġenerali u l-Kungress tal-membri.

In-nomini għal dawk li se jkunu qed jikkontestaw għat-tmexxija jiftħu t-Tnejn 9 ta’ Diċembru, u jagħlqu l-Erbgħa 11 ta’ Diċembru.

Il-Konferenza Ġenerali, li matulha jivvutaw id-Delegati tal-Partit Laburista, se ssir nhar it-Tnejn 6, u t-Tlieta 7 ta’ Jannar.

F’każ ta’ iktar minn żewġ kandidati jkun hemm vot fis-7 ta’ Jannar biex l-iktar tnejn li jġibu ammont ta’ voti jgħaddu għall-votazzjoni tal-Kungress.

Il-Kungress se jsir fl-10, 11 u 12 ta’ Jannar, 2020, bil-votazzjoni mill-membri eleġibbli ssir fil-11 ta’ Jannar. Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista flimkien mal-istrutturi rispettivi ser tkun responsabbli mill-proċess elettorali kollu.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li hu għadu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. “Kien hemm aħbarijiet fuq il-midja li diġà Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u ssemmiet l-Onorevoli Therese…

Politika

Fl-aħħar sigħat il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ ma’ diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Fost id-deputati li diġà kellhom laqgħa mal-President Vella kien hemm Beppe Fenech Adami,…

Politika

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta. Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario…

Aktar