Kultura
Jiskopru fdalijiet ġodda fis-sit arkeoloġiku f’Tas-Silġ

Ix-xogħol ta’ skavar li qed isir fis-sit arkeoloġiku f’Tas-Silġ wassal għal aktar sejbiet ta’ fdalijiet marbutin ma’ skopijiet reliġjużi.

Dan qalu l-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici waqt avveniment f’Tas-Silġ f’Marsaxlokk u qal li dawn se jitfgħu dawl fuq id-drawwiet u l-ħajja li kienu jgħixu l-antenati tagħna. F’dan l-sfond, il-Ministru Bonnici qal ukoll li din l-informazzjoni se tkun disponibli għall-pubbliku, filwaqt li jintefa’ aktar dawl fuq ix-xogħol li jsir fi skavi arkeoloġiċi.

F’dan is-sit kien hemm it-tempju famuż ta’ Ashtart li jsemmi Ċiċerun u li nsterqu oġġetti minn Caius Verres minn ġo fih. Parti minn dan is-sit, li taqa’ f’din il-kategorija tissejjaħ ‘ir-razzett’, hemm l-għan li jiġi rrestawrat biex isir ċentru għall-viżitaturi. Dan iċ-ċentru maħsub biex joffri servizz aħjar lill-viżitaturi meta jżuru s-sit, b’interpretazzjonijiet diġitali.

Dawn l-iskavi qegħdin isiru b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-istudji Klassiċi u l-Arkeoloġija fl-Università ta’ Malta, li qed jieħdu vantaġġ minn dan l-iskav biex iħarrġu l-istudenti fi prattiċi arkeoloġiċi. Kollaborazzjonijiet mill-viċin, kemm f’dan l-iskav u kif ukoll f’oħrajn, isiru mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Is-Servizz tas-Sigurtà Malti għandu taqsima apposta dedikata għall-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti għall-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan joħroġ mir-rapport annwali tal-Kumitat Nazzjonali tas-Sigurtà għas-sena li għaddiet fejn jingħad…

Teknoloġija

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Melita nediet ċentru ġdid tad-data kif ukoll pjattaforma tal-Internet of things. Permezz ta’ din it-teknoloġija, numru ta’ oġġetti fid-dar jistgħu jiġu mqabbda mal-internet biex jiġu kkontrollati minn fuq…

Politika

Fil-Belt l-għaqdiet Repubblika u Occupy Justice organizzaw protesta fejn talbu li l-parlamentari jwarrbu lil Joseph Muscat minn Prim Ministru, jekk dan ma jirriżenjax minn jeddu.  Qalu li l-Prim Ministru missu…

Lokali

Għall-ewwel darba, l-Ungerija għandha preżenza diplomatika permanenti f’Malta permezz ta’ konsolat fil-Belt Valletta. Fl-inawgurazzjoni, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tal-Ungerija qal li pajjiżu qed jappoġġja l-kandidatura ta’ Malta biex tiġi…

Aktar