X

Jiskopru li ċ-ċaqliq bil-ħeffa jista’ jsaħħan il-likwidi

Studju ġdid sab li ċaqliq bil-ħeffa jista’ jsaħħan ammonti żgħar ta’ likwidi. Din l-iskoperta minn xjentisti f’Ediburgh University toħloq għadd ta’ opportunitajiet ġodda fl-inġinerija.

Fost oħrajn din l-iskoperta tista’ tkun użata biex ittejjeb is-sistemi li jipprevjenu l-akkumulazzjoni tas-silġ fl-ajruplani u t-turbini tar-riħ. Tista’ tintuża wkoll għal sistemi ta’ cooling fl-ismartphones u biex it-tumble dryers jaħlu inqas dawl.

L-iskoperta saret b’simulazzjonijiet fuq il-kompjuter, fejn ammonti żgħar ta’ likwidi fetħu jagħlu meta ġew ivvibrati b’mod mgħaġġel ħafna.