Barranin
Jiskopru metodu li f’10 minuti jaqbad il-marda tal-kanċer

Riċerkaturi fl-Awstralja żviluppaw test li f’10 minuti jeleva l-preżenza tal-kanċer fil-bniedem.

It-test ġie żviluppat wara li r-riċerkaturi tal-University of Queensland sabu li l-kanċer jifforma struttura unika tad-DNA meta mpoġġi fl-ilma.

It-test jaħdem billi jidentifika l-preżenza ta’ din l-istruttura – liema sejba tista’ tgħin lit-tobba jaqbdu l-kanċer fi żmien bikri, ħafna aktar qabel mill-metodi li jintużaw bħal issa.

L-istudju, ippubblikat fin-Nature Communications, huwa wieħed  revoluzzjonarju l-għaliex kemm il-pazjent kif ukoll l-isptarijiet se jibbenefikaw minnu għaliex aktar ma jinqabad kmieni l-kanċer aktar jiżdied iċ-ċans ta’ fejqan.

Aktar kmieni din is-sena, ir-riċerkaturi ta’ John Hopkins University fl-Istati Uniti, kienu ħabbru li żviluppaw test tad-demm imsejjaħ CancerSEEK li jaqbad 8 tipi ta’ kanċer.

Għalkemm din hija aħbar ferm pożittiva għall-qasam mediku, ir-riċerkaturi għad fadlilhom jiskopru kemm it-test jasal li jaqbad il-kanċer kmieni.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Iljun li kien fuq siġra ġie salvat wara li ntlemaħ minn sid il-ġnien f’Kalifornja. Ħaddiema tal-protezzjoni ssejħu fi proprjetà f’San Bernardino wara li ntlemaħ l-iljun fuq siġra f’għoli ta’ 15-il…

Barranin

Ħabsi fi Florida uża l-ħiliet kriminali tiegħu għal kawża ġusta. Flimkien ma’ erba’ ħabsin oħra huwa fetaħ karozza li fiha kien hemm tarbija msakkra. Il-ħabsin fetħu l-karozza wara li missier…

Barranin

Deputati fil-Parlament Ingliż appellaw li siti soċjali bħal Facebook biex jirrikorru għal azzjoni urġenti kontra l-aħbarijiet foloz li jinxterdu fuq il-pjattaformi tagħhom. Waqt laqgħat ta’ Kumitat Parlamentari Ingliż, id-Deputati qalu…

Awstralja

Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qal li l-partiti l-kbar tal-pajjiż u l-parlament ġew milquta minn hacking serju fuq in-networks tal-kompjuters tagħhom. Skont il-Prim Ministru Awstraljan l-attakk ta’ hacking sar b’mod…

Aktar