Lokali
Jiskuża ruħu u jirtira l-allegazzjoni li l-kelb tiegħu ġie vvalenat waqt konkors tal-klieb

Shawn Pete Azzopardi għamel apoloġija pubblika fejn irtira l-allegazzjonijiet li l-kelb tiegħu tat-tip Dobermann kien ġie ivvalenat waqt konkors tal-klieb.

Il-każ imur lura għall-2018 meta l-kelb Omar Pasha di Altobello miet f’idejn sidu waqt il-konkors tal-klieb ‘Blue Lagoon International Show’ organizzat mill-Malta Kennel Club.

Azzopardi qal jiddispjaċih ta li għamel fejn qasam l-istorja tiegħu mal-kmamar tal-aħbarijiet u l-pubbliku in ġenerali u ħammeġ isem il-Malta Kennel Club.

Huwa qal li moħħu għaġġel wisq u għaġixxa b’mod żbaljat hekk kif sal-ġurnata tal-lum ma nstabet l-ebda evidenza li l-kelb tiegħu miet ivvalenat waqt il-konkors.

Ara wkoll:

Il-kelb Omar imut ivvalenat bħal missieru