Barranin
Jispara fuq mara li ħaditlu bandiera tan-Nażi minn quddiem daru fl-Istati Uniti

Raġel fl-Istati Uniti spara fuq mara li ħaditlu bandiera tan-Nażi li kellu mwaħħla quddiem daru f’Oklahoma.

L-uffiċċju tax-Sheriff ta’ Garfield County qal li l-mara kienet qegħda f’festin fil-viċin, meta f’ħin minnhom marret taqla’ waħda minn żewġ bnadar bis-simbolu tan-Nażi li Alexander Feaster ta’ 44 sena kellu mwaħħla quddiem daru.

Intqal li Feaster spara fuq il-mara ta’ 26 sena, li spiċċat b’ erba’ tiri f’dahra. Hija mistennija tirkupra.

Ir-raġel ġie arrestat, u mistenni jkun akkużat li ħebb għal persuna u spara bl-intenzjoni li joqtol, fost oħrajn.